+Artikolu 20 Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.

Artikolu 20 Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE

Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
Il-fabbrikanti għandhom jippreżentaw applikazzjoni separata għal kull approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip ta' magna jew familja ta' magni lill-awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru u kull applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 21. Fir-rigward ta' tip partikolari ta' magna jew, fejn applikabbli, familja ta' magni, għandha tiġi ppreżentata biss applikazzjoni waħda u din għandha tiġi ppreżentata lil awtorità tal-approvazzjoni waħda biss.
Artikolu 20 2.
Il-fabbrikanti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE magna li tikkonforma mal-karatteristiċi tat-tip ta' magna jew, f'każ tal-familja ta' magni, tal-magna referenzjarja deskritti fil-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 21.
Artikolu 20 3.
Fil-każ ta' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' familja ta' magni, jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tistabbilixxi li, fir-rigward tal-magna referenzjarja magħżula imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-applikazzjoni ppreżentata ma tirrappreżentax b'mod sħiħ il-familja ta' magni deskritta fil-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 21, il-fabbrikanti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni magna referenzjarja alternattiva u, jekk ikun hemm bżonn, addizzjonali, li titqies mill-awtorità tal-approvazzjoni li tirrappreżenta lill-familja ta' magni.
Artikolu 20 4.
Fi żmien xahar mill-bidu tal-produzzjoni tat-tip ta' magna jew familja ta' magni approvata, il-fabbrikanti għandhom jippreżentaw il-pjan inizjali għall-monitoraġġ tal-magni fis-servizz lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip ta' dak it-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, familja ta' magni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.