+Artikolu 22 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.

Artikolu 22 Dispożizzjonijiet ġenerali

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.

L-awtorità tal-approvazzjoni li tirċievi l-applikazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE lit-tipi ta' magni kollha jew lill-familji ta' magni kollha li jikkonformaw ma' kull wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a) 

id-dettalji fil-folder ta' informazzjoni;

(b) 

ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari l-konformità tal-arranġamenti tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 26.

Artikolu 22 2.
Fejn magna tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ma għandhom jimponu ebda rekwiżit ieħor tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost għal makkinarju mobbli mhux tat-triq fejn tiġi installata tali magna.
Artikolu 22 3.
Wara d-dati għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni indikati fl-Anness III għal kull subkategorija ta' magni, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ma għandhomx jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' magna jew għal familja ta' magni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 22 4.
Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jiġu nnumerati f'konformità mas-sistema armonizzata li għandha tiġi stipulata mill-Kummissjoni.
Artikolu 22 5.

Permezz tal-IMI l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:

(a) 

tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE li tkun tat, jew, fejn applikabbli, estendiet, fi żmien xahar mill-ħruġ taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE korrispondenti;

(b) 

tagħmel disponibbli mingħajr dewmien lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE li hija tkun irrifjutat li tagħti jew li tkun irtirat, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha;

(c) 

fi żmien xahar minn meta tirċievi talba mill-awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru ieħor, tibgħat lil dik l-awtorità tal-approvazzjoni kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE għat-tip ta' magna jew familja ta' magni, fejn dan ikun jeżisti, flimkien mal-pakkett ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 6 għal kull tip ta' magna jew familja ta' magni li hija tkun approvat, irrifjutat li tapprova jew l-approvazzjoni tat-tip tal-UE li tkun irtirat;

Artikolu 22 6.
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tħejji pakkett ta' informazzjoni li jikkonsisti fil-folder ta' informazzjoni kif ukoll fir-rapporti dwar it-testijiet u d-dokumenti l-oħra kollha miżjuda mis-servizz tekniku jew mill-awtorità tal-approvazzjoni fil-folder ta' informazzjoni matul it-twettiq ta' xogħolhom (“il-pakkett ta' informazzjoni”).

Il-pakkett ta' informazzjoni għandu jinkludi indiċi li jelenka l-kontenut tal-pakkett ta' informazzjoni, innumerati kif dovut jew inkella mmarkati b'xi mod ieħor biex jiġu identifikati b'mod ċar il-paġni kollha u l-format ta' kull dokument, biex jiġi ppreżentat bħala reġistru tal-passi suċċessivi fl-immaniġġar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, b'mod partikolari d-dati tar-reviżjonijiet u l-aġġornamenti.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li jkun fih il-pakkett ta' informazzjoni tkun disponibbli għal perijodu ta' mill-inqas 25 sena wara tmiem il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kkonċernata.

Artikolu 22 7.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw:

(a) 

il-metodu kif għandha tiġi stabbilita s-sistema armonizzata ta' numerazzjoni msemmija fil-paragrafu 4;

(b) 

il-mudelli u l-istruttura tad-data għall-iskambju tad-data msemmi fil-paragrafu 5.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.