+Artikolu 25 Twettiq tal-kejl u tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
|
Artikolu 25 Twettiq tal-kejl u tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
Twettiq tal-kejl u tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
Ir-riżultati finali tat-testijiet tal-emissjoni tal-egżost għall-magni soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jiġu kkalkulati billi dawn li ġejjin jiġu applikati għar-riżultati tat-test fil-laboratorju ta':
(a)
l-emissjonijiet ta' gassijiet mill-kaxxa tal-krank, fejn meħtieġ mill-paragrafu 3 u fejn ma jkunux diġà inklużi fil-kejl tal-laboratorju;
(b)
kwalunkwe fattur ta' aġġustament neċessarju, fejn meħtieġ mill-paragrafu 3 u fejn il-magna tinkludi sistema ta' posttrattament tal-egżost riġeneranti;
(c)
fir-rigward tal-magni kollha, il-fatturi ta' deterjorament adatti għall-perijodi ta' durabbiltà tal-emissjonijiet speċifikati fl-Anness V.
|
|
Artikolu 25 2.
|
L-ittestjar ta' tip ta' magna jew familja ta' magni biex jiġi ddeterminat jekk tissodisfax il-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandu jitwettaq bl-użu tal-fjuwils referenzjarji jew it-taħlitiet ta' fjuwils li ġejjin, kif adatt:
(c)
taħlita ta' petrol u żejt, għall-magni SI two-stroke;
(e)
gass likwifikat miż-żejt (LPG);
It-tip ta' magna jew il-familja ta' magni għandha, barra minn hekk, tissodisfa l-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward ta' kwalunkwe fjuwils, taħlitiet ta' fjuwils jew emulsjonijiet ta' fjuwils speċifikati oħra inklużi mill-fabbrikant f'applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE u deskritt fil-folder ta' informazzjoni.
|
|
Artikolu 25 3.
|
Fir-rigward tat-twettiq tal-kejl u tat-testijiet, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta':
(a)
l-apparat u l-proċeduri għat-twettiq tat-testijiet;
(b)
l-apparat u l-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet u t-teħid ta' kampjuni;
(c)
il-metodi li jintużaw għall-kalkoli u l-evalwazzjoni tad-data;
(d)
il-metodi li jintużaw sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi ta' deterjorament;
(e)
fir-rigward tal-magni fil-kategoriji NRE, NRG, IWP, IWA, RLR, NRS, NRSh, SMB u ATS li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet ta' Stadju V stabbiliti fl-Anness II:
(i)
il-metodi għall-kunsiderazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank;
(ii)
il-metodi għad-determinazzjoni u għall-kunsiderazzjoni tar-r-riġenerazzjoni kontinwa jew infrekwenti tas-sistemi ta' posttrattament tal-egżost;
(f)
fir-rigward tal-magni kkontrollati b'mod elettroniku fil-kategoriji NRE, NRG, IWP, IWA, RLL u RLR li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet Stadju V stabbiliti fl-Anness II u li jużaw kontroll elettroniku sabiex jiddeterminaw kemm il-kwantità ta' fjuwil kif ukoll l-għażla tal-ħin għall-injezzjoni tal-fjuwil jew li jużaw kontroll elettroniku sabiex jattivaw, jiddiżattivaw jew jimmodulaw is-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet użata biex jitnaqqas l-NOx:
(i)
l-istrateġiji ta' kontroll tal-emissjonijiet, u għandhom jinkludu d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex turi dawk l-istrateġiji;
(ii)
il-miżuri ta' kontroll tal-NOx, u għandhom jinkludu l-metodu użat biex juri dawk il-miżuri ta' kontroll;
(iii)
iż-żona assoċjata maċ-ċiklu tat-test f'qagħda statika mhux tat-triq rilevanti, li fiha jiġi kkontrollat l-ammont li bih l-emissjonijiet huma permessi li jaqbżu l-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II;
(iv)
l-għażla mis-servizz tekniku ta' punti ta' kejl addizzjonali miż-żona ta' kontroll matul it-test tal-emissjonijiet fuq il-bank.
|
|
Artikolu 25 4.
|
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw:
(a)
il-metodoloġija għall-adattament tar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet li jsiru fil-laboratorji sabiex jiġu inklużi l-fatturi ta' deterjorament imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1;
(b)
il-karatteristiċi tekniċi tal-fjuwils referenzjarji msemmija fil-paragrafu 2 u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti għad-deskrizzjoni ta' kwalunkwe fjuwils, taħlitiet ta' fjuwils jew emulsjonijiet ta' fjuwils speċifikati oħra deskritti fil-folder ta' informazzjoni;
(c)
ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi tekniċi ddettaljati għat-twettiq tal-kejl u tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 3;
(d)
il-metodu użat biex jitkejjel il-PN, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fis-serje 06 tar-Regolament Nru. 49 tal-UNECE;
(e)
ir-rekwiżiti tekniċi ddettaljati applikabbli għall-ittestjar ta' magni li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil jew magni gassużi li jużaw fjuwil wieħed imsemmija fl-Anness II.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2016.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|