+Artikolu 28 Reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
|
Artikolu 28 Reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE
Reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Fejn id-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni jkunu ġew mibdula, mingħajr il-ħtieġa li jiġu ripetuti l-ispezzjonijiet jew it-testijiet, tali emenda għandha tissejjaħ “reviżjoni”. Fil-każ ta' tali reviżjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha, mingħajr dewmien mhux ġustifikat, tirrevedi l-paġni rilevanti tal-pakkett ta' informazzjoni, skont kif meħtieġ, u timmarkahom b'mod li turi b'mod ċar in-natura tal-emenda, u għandha tindika wkoll id-data tar-reviżjoni, u tinkludi indiċi rivedut tal-pakkett ta' informazzjoni. Verżjoni konsolidata aġġornata tal-pakkett ta' informazzjoni, flimkien ma' deskrizzjoni ddettaljata tal-emendi, għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżit ta' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 28 2.
|
Emenda kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tissejjaħ “estensjoni” meta jkunu nbidlu d-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni u meta sseħħ xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
ikunu meħtieġa aktar spezzjonijiet jew testijiet;
(b)
xi informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bl-eċċezzjoni tal-annessi tiegħu, tkun inbidlet;
(c)
rekwiżit ġdid stabbilit f'dan ir-Regolament jew f'att delegat jew ta' implimentazzjoni tiegħu adottat bis-saħħa ta' dan ir-Regolament isir applikabbli għat-tip jew għall-familja ta' magni approvati.
Fil-każ ta' estensjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tistabbilixxi ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE aġġornat, denotat b'numru tal-estensjoni li għandu jiġi miżjud f'konformità man-numru ta' estensjonijiet suċċessivi li ngħataw preċedentement. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu juri b'mod ċar ir-raġuni għall-estensjoni u d-data tal-estensjoni.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Kull meta paġni tal-pakkett ta' informazzjoni jiġu emendati jew verżjoni aġġornata kkonsolidata tiġi stabbilita, l-indiċi għall-pakkett ta' informazzjoni mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jiġi emendat kif xieraq sabiex jindika d-data tal-aktar estensjoni jew reviżjoni reċenti, jew id-data tal-aktar konsolidazzjoni reċenti tal-verżjoni aġġornata.
|
|
Artikolu 28 4.
|
Ma għandha tkun meħtieġa ebda emenda għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' magna jew familja ta' magni jekk rekwiżit ġdid imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ikun, minn perspettiva teknika, irrelevanti għal dak it-tip ta' magna jew għal dik il-familja ta' magni fir-rigward tar-rendiment tal-emissjonijiet tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|