+Artikolu 39 Magni mhux konformi mat-tip approvat
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
|
Artikolu 39 Magni mhux konformi mat-tip approvat
Magni mhux konformi mat-tip approvat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1.
|
Meta l-magni li jkollhom marka statutorja u, fejn applikabbli, akkumpanjati minn dikjarazzjoni tal-konformità ma jkunux f'konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-magni fil-produzzjoni jinġiebu f'konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati. Tali miżuri jistgħu jinkludu l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jekk l-azzjoni korrettiva meħuda mill-fabbrikant ma tkunx adegwata. L-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti għandha tinforma lill-awtoritajiet ta' approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ttieħdu.
|
|
Artikolu 39 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-devjazzjonijiet mid-dettalji stabbiliti fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew fil-pakkett ta' informazzjoni, fejn dawk id-devjazzjonijiet ma jkunux ġew awtorizzati f'konformità mal-Kapitolu VI, għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati.
|
|
Artikolu 39 3.
|
Meta awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-magni akkumpanjati minn dikjarazzjoni tal-konformità, jekk applikabbli, jew li jkollhom marka ta' approvazzjoni tat-tip maħruġa fi Stat Membru ieħor ma jkunux f'konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati, hija tista' titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE sabiex tivverifika li l-magni fil-produzzjoni jkomplu jkunu konformi mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati. Mal-wasla ta' tali talba, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tat-talba.
|
|
Artikolu 39 4.
|
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinformaw lil xulxin fi żmien xahar dwar kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE li ġiet rtirata u dwar ir-raġunijiet għal dak l-irtirar, skont l-Artikolu 22(5).
|
|
Artikolu 39 5.
|
Meta l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE toġġezzjona għan-nonkonformità li dwarha ġiet innotifikata, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu ħilithom biex isolvu t-tilwima. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha żżomm l-Kummissjoni infurmata b'dan u, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha torganizza konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|