+Artikolu 45 Rekwiżiti relatati mas-servizzi tekniċi
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 6.
---+Artikolu 45 7.
---+Artikolu 45 8.
---+Artikolu 45 9.

Artikolu 45 Rekwiżiti relatati mas-servizzi tekniċi

Rekwiżiti relatati mas-servizzi tekniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45 1.
Servizz tekniku għandu jiġi nnominat minn awtorità tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 47 u għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 9 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 45 2.
Servizz tekniku għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u jkollu personalità ġuridika.
Artikolu 45 3.
Is-servizz tekniku għandu jkun korp terz indipendenti mill-proċess tad-disinn, tal-fabbrikazzjoni, tal-provvista jew tal-manutenzjoni tal-magna li huwa jivvaluta.

Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, fil-fabbrikazzjoni, fil-forniment, fl-immuntar, fl-installazzjoni, fl-użu jew fil-manutenzjoni tal-magni li huwa jivvaluta, jittestja jew jispezzjona jista', sakemm jintwerew l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta' konflitt ta' interess, jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 45 4.
Is-servizz tekniku, inkluż it-tmexxija fl-ogħla livell tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku huwa nnominat f'konformità mal-Artikolu 47(1), ma għandux ikun id-disinjatur, il-fabbrikant, il-fornitur, l-installatur jew dak li jagħmel il-manutenzjoni tal-magni li huwa jivvaluta, u ma għandux jirrappreżenta lill-partijiet involuti f'dawk l-attivitajiet. Din ir-restrizzjoni ma għandhiex tipprekludi l-użu ta' magni vvalutati msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li huma meħtieġa għall-operat tas-servizz tekniku jew għall-użu ta' tali magni għal skopijiet personali.

Is-servizz tekniku għandu jiżgura li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-subkuntratturi tiegħu ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tagħha fir-rigward tal-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom huwa ġie nnominat.

Artikolu 45 5.
Is-servizz tekniku għandu jwettaq il-kategoriji ta' attivitajiet, li għalihom tali servizz tekniku jkun ġie nnominat, bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u bil-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u l-persunal tiegħu għandu jkun ħieles minn kwalunkwe pressjoni jew kondizzjonament, b'mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tiegħu jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tiegħu, speċjalment dawk il-pressjonijiet jew il-kondizzjonamenti li jirriżultaw minn persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.
Artikolu 45 6.

Is-servizz tekniku għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnominah li huwa kapaċi jwettaq il-kategoriji kollha ta' attivitajiet li għalihom qed ifittex li jiġi innominat f'konformità mal-Artikolu 47(1), billi jiżgura li jkollu:

(a) 

persunal bil-ħiliet xierqa u għarfien tekniku u taħriġ vokazzjonali speċifiku, kif ukoll esperjenza xierqa u suffiċjenti sabiex iwettaq il-kompitu;

(b) 

deskrizzjonijiet tal-proċeduri rilevanti għall-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom qiegħed ifittex li jiġi nnominat, sabiex b'hekk jiżgura t-trasparenza u r-riproduċibbiltà ta' dawk il-proċeduri;

(c) 

proċeduri għat-twettiq tal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom qiegħed ifittex li jiġi nnominat, li jieħdu kont dovut tal-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-magna inkwistjoni u ta' jekk il-magna hijiex fabbrikata f'konformità mal-proċess ta' produzzjoni tas-serje jew tal-massa; u

(d) 

il-mezzi meħtieġa għat-twettiq b'mod xieraq tal-kompiti konnessi mal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom qiegħed ifittex li jiġi nnominat u li huwa jkollu aċċess għat-tagħmir jew għall-faċilitajiet kollha li huma meħtieġa.

Artikolu 45 7.
Is-servizz tekniku, inkluż it-tmexxija fl-ogħla livell tiegħu u l-persunal tal-valutazzjoni, għandhom ikunu imparzjali u ma għandhomx jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe attività li tista' tkun konfliġġenti mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom fir-rigward tal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku jkun innominat.
Artikolu 45 8.
Is-servizz tekniku għandu jissottoskrivi assigurazzjoni fuq ir-responsabbiltà li tkopri l-attivitajiet tiegħu, sakemm ir-responsabbiltà ma tinġarrx mill-Istat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli mill-valutazzjoni.
Artikolu 45 9.
Il-membri tal-persunal ta' servizz tekniku għandhom ikunu marbutin bis-sigriet professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament jew kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tagħtih effett.

Il-membri tal-persunal ta' servizz tekniku ma għandhomx ikunu marbutin bl-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina, jew fejn tali kondiviżjoni tkun meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

Id-drittijiet proprjetarji għandhom ikunu protetti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.