+Artikolu 49 Valutazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.
|
Artikolu 49 Valutazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi
Valutazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1.
|
L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tħejji rapport ta' valutazzjoni li juri li s-servizz tekniku kandidat kien ivvalutat għall-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu. Ir-rapport ta' valutazzjoni jista' jinkludi ċertifikat ta' akkreditazzjoni maħruġ minn korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali li jafferma li s-servizz tekniku jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Il-valutazzjoni li fuqha jkun ibbażat ir-rapport ta' valutazzjoni għandha titwettaq f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati f'att delegat imsemmi fl-Artikolu 48.
|
|
Artikolu 49 2.
|
L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tirrevedi r-rapport ta' valutazzjoni tal-anqas darba kull tliet snin.
|
|
Artikolu 49 3.
|
L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tikkomunika r-rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni fuq talba tal-Kummissjoni. F'tali każijiet, meta l-valutazzjoni ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat tal-akkreditazzjoni maħruġ minn korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali, l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-evidenza dokumentarja li tafferma dan li ġej:
(a)
il-kompetenza tas-servizz tekniku;
(b)
l-arranġamenti fis-seħħ biex ikun żgurat li s-servizz tekniku jiġi monitorjat regolarment mill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina; u
(c)
li s-servizz tekniku jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu.
|
|
Artikolu 49 4.
|
Awtorità tal-approvazzjoni li jkollha l-ħsieb li taġixxi bħala servizz tekniku f'konformità mal-Artikolu 47(2) għandha tiddokumenta l-konformità permezz ta' valutazzjoni mwettqa minn awdituri indipendenti mill-attività vvalutata. Tali awdituri jistgħu jkunu mill-istess organizzazzjoni, sakemm ikunu ġestiti separatament mill-persunal li jwettaq l-attività vvalutata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|