+Artikolu 58 5.

Artikolu 58 5.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(3), l-Artikolu 18(2) u, fejn applikabbli, id-Direttiva 2008/57/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 ( 8 ), il-magni ta' transizzjoni u, fejn applikabbli, il-makkinarju mobbli mhux tat-triq fejn jiġu installati dawk il-magni ta' transizzjoni jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq matul il-perijodu ta' transizzjoni, sakemm il-makkinarju fejn tiġi installata l-magna ta' transizzjoni jkollu data tal-produzzjoni li ma tkun aktar tard minn 18-il xahar wara l-bidu tal-perijodu ta' transizzjoni.

Għal magni tas-subkategoriji tal-kategorija NRE li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2020, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-estensjoni tal-perijodu ta’ tranżizzjoni u tal-perijodu ta’ 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu b’perijodu addizzjonali ta’ 12-il xahar għall-OEMs bi produzzjoni annwali totali ta’ inqas minn 100 unità ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq mgħammar b’magni tal-kombustjoni interna. Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ dik il-produzzjoni annwali totali, l-OEMs kollha taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew ġuridika għandhom jitqiesu bħala OEM wieħed.

Għal magni tas-subkategoriji tal-kategorija NRE li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2020, użati fi krejnijiet mobbli, il-perijodu ta’ tranżizzjoni u l-perijodu ta’ 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu estiżi bi 12-il xahar.

Għall-magni tal-kategorija NRS b'potenza tal-magna ta' inqas minn 19 KW użati fil-magni għat-tneħħija tas-silġ (snow throwers), il-perijodu ta' transizzjoni u l-perijodu ta' 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu estiżi b'24 xahar.

Għal magni tas-subkategoriji kollha li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2019, minbarra l-magni msemmija fir-raba’ subparagrafu, il-perijodu ta’ tranżizzjoni u l-perijodu ta’ 18-il xahar imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu estiżi bi 12-il xahar.

Għal magni tas-subkategoriji kollha li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2020, minbarra l-magni msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafu, il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandu jiġi estiż b’disà xhur u l-perjodu ta’ 18-il xahar imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi estiż b’sitt xhur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.