+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.

Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta' gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri fil-perjodu mill-2021 sal-2025 fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art li ġejjin:

(a) 

użu tal-art irrapportat bħala raba', bur, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra, ikkonvertiti f'art forestali (“art afforestata”);

(b) 

użu tal-art irrapportat bħala art forestali kkonvertita f'raba', bur, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra (“art deforestata”);

(c) 

użu tal-art irrapportat bħala kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin (“raba' ġestit”):

(i) 

raba' li jibqa' raba';

(ii) 

bur, art mistagħdra, insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f'raba';

(iii) 

raba' konvertit f'art mistagħdra, insedjament jew art oħra;

(d) 

użu tal-art irrapportat bħala wieħed minn dawn li ġejjin (“bur ġestit”):

(i) 

bur li jibqa' bur;

(ii) 

raba', art mistagħdra, insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f'bur;

(iii) 

bur ikkonvertit f'art mistagħdra, insedjament jew art oħra;

(e) 

użu tal-art irrapportat bħala art forestali li tibqa' art forestali (“art forestali ġestita”);

(f) 

meta Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jinkludi art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenji tiegħu skont l-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2020, użu tal-art irrapportat bħala wieħed minn dawn li ġejjin (“art mistagħdra ġestita”):

— 
art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra;
— 
insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f'art mistagħdra;
— 
art mistagħdra kkonvertita f'insedjament jew art oħra.
Artikolu 2 2.

Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri fil-perjodu mill-2026 sal-2030, fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' rapportar tal-art jew kwalunkwe wieħed mis-setturi li ġejjin:

(a) 

art forestali;

(b) 

raba';

(c) 

bur;

(d) 

artijiet mistagħdra;

(e) 

insedjamenti;

(f) 

art oħra;

(g) 

prodotti tal-injam maħsud;

(h) 

oħrajn;

(i) 

depożizzjoni atmosferika;

(j) 

lixxivjazzjoni u skular tan-nitroġenu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0841
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.