+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“bir” tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jneħħi gass serra, aerosol, jew prekursur ta’ gass serra mill-atmosfera;
(2)
“sors” tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jirrilaxxa gass serra, aerosol jew prekursur ta’ gass serra fl-atmosfera;
(3)
“raggruppament tal-karbonju” tfisser il-karatteristika jew is-sistema bijoġeokimika sħiħa jew parti minnha f’territorju ta’ Stat Membru u li fiha jinħażen il-karbonju, kwalunkwe prekursur ta’ gass serra li fih il-karbonju, jew kwalunkwe gass serra li fih il-karbonju;
(4)
“ħażna tal-karbonju” tfisser il-massa ta’ karbonju maħżun f’raggruppament tal-karbonju;
(5)
“prodott tal-injam maħsud” tfisser kwalunkwe prodott tal-injam maħsud li ma jkunx għadu fis-sit fejn jiġi maħsud l-injam;
(6)
“foresta” tfisser żona ta’ art definita mill-valuri minimi għad-daqs taż-żona, il-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta’ ħżin, u l-għoli potenzjali tas-siġar meta jimmaturaw fil-post fejn jikbru s-siġar kif speċifikat għal kull Stat Membru fl-Anness II. Din tinkludi żoni bis-siġar, inklużi gruppi ta’ siġar naturali żgħar, li jkunu qed jikbru, jew pjantaġġuni li għad iridu jilħqu l-valuri minimi għall-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta’ ħżin jew għoli tas-siġar minimu, kif speċifikat fl-Anness II, inkluż kwalunkwe żona li normalment tkun tifforma parti miż-żona tal-foresta iżda li fuqha temporanjament ma jkun hemm l-ebda siġra b’riżultat ta’ intervent tal-bniedem, bħall-ħsad, jew b’riżultat ta’ kawżi naturali, iżda li tista’ tkun mistennija terġa’ ssir foresta;
(7)
“livell ta’ referenza għall-foresti” tfisser stima, espressa f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena, tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-art forestali ġestita fit-territorju ta’ Stat Membru tul il-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030, abbażi tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(8)
“valur ta’ nofs il-ħajja” tfisser l-għadd ta’ snin li jridu jgħaddu biex il-kwantità ta’ karbonju maħżun f’kategorija tal-prodotti tal-injam maħsud tonqos għal nofs il-valur inizjali tiegħu;
▼M2
(9)
“disturbi naturali” tfisser kwalunkwe avveniment jew ċirkostanza mhux antropoġeniċi li jikkawżaw emissjonijiet sinifikanti fis-settur tal-LULUCF, li l-Istat Membru rilevanti ma jkollu l-ebda kontroll fuq l-okkorrenza tagħhom, u li l-Istat Membru b'mod oġġettiv ma jkunx jista' jillimita b'mod sinifikanti l-effetti tagħhom, anke wara li dawn iseħħu, fuq l-emissjonijiet;
▼B
(10)
“ossidazzjoni istantanja” tfisser metodu tal-kontabbiltà li jassumi li r-rilaxx fl-atmosfera tal-kwantità sħiħa tal-karbonju maħżun fil-prodotti tal-injam maħsud iseħħ mal-ħsad;
▼M2
(11)
“tibdil fil-klima” tfisser tibdil fil-klima attribwit direttament jew indirettament għall-attività tal-bniedem li jibdel il-kompożizzjoni tal-atmosfera globali u li jkun oltre l-varjabbiltà naturali tal-klima osservata fuq perjodi ta' żmien komparabbli.
▼B
|
|
Artikolu 3 2.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16, biex temenda jew tħassar id-definizzjonijiet li jinsabu fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew iżżid definizzjonijiet ġodda għalih, sabiex tadatta dak il-paragrafu għal żviluppi xjentifiċi jew progress tekniku u biex tiżgura l-konsistenza bejn dawk id-definizzjonijiet u kwalunkwe bidla f’definizzjonijiet rilevanti fil-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0841
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|