+Artikolu 4 4.

Artikolu 4 4.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-somma tad-differenzi bejn il-punti li ġejjin għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029 ma taqbiżx il-baġit għall-perjodu mill-2026 sa 2029:

(a) 

l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra tiegħu fit-territorju tiegħu u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j); u

(b) 

il-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tiegħu għas-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentata fl-2032.

Il-baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029 għandu jkun definit bħala s-somma tad-differenzi għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029 għal dak l-Istat Membru bejn:

(a) 

il-valuri limitu annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra għal dawk is-snin, stabbiliti abbażi ta' trajettorja lineari lejn l-2030; u

(b) 

il-valur medju tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tiegħu għas-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentata fl-2025.

It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda fl-2022 bil-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023, u jkollha bħala l-punt tat-tmiem tagħha għall-2030 il-valur miksub billi jiżdied il-valur stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna C tal-Anness IIa mal-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2016, 2017 u 2018.

Il-baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029 għandu jiġi definit abbażi tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra ppreżentata fl-2025 u l-konformità ma' dan il-baġit għandha tiġi vvalutata abbażi tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra ppreżentata fl-2032.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0841
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.