+Artikolu 12 Flessibbiltajiet ġenerali
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
|
Artikolu 12 Flessibbiltajiet ġenerali
Flessibbiltajiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti totali fi Stat Membru, jew, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, id-differenza bejn is-somma tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra fit-territorju ta' Stat Membru u l-impenn, il-mira jew il-baġit stabbiliti għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dan ir-regolament tkun pożittiva, u dak l-Istat Membru jkun għażel li juża l-flessibbiltà tiegħu, u jkun talab li jħassar l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2018/842, il-kwantità ta' allokazzjonijiet tal-emissjonijiet imħassra għandha titqies fir-rigward tal-konformità tal-Istat Membru mal-impenn, il-mira jew il-baġit tiegħu, rispettivament, stabbiliti skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Sa fejn, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, l-assorbimenti totali jaqbżu l-emissjonijiet totali fi Stat Membru, jew, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, id-differenza bejn is-somma tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra fit-territorju ta' Stat Membru u l-impenn, il-mira jew il-baġit stabbiliti għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament tkun negattiva, u wara t-tnaqqis ta' kwalunkwe kwantità meqjusa skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842, dak l-Istat Membru jista' jittrasferixxi l-kwantità ta' assorbimenti li jifdal lil Stat Membru ieħor. Il-kwantità trasferita għandha titqies fil-valutazzjoni tal-konformità tal-Istat Membru riċeventi mal-impenn, il-mira u l-baġit tiegħu, rispettivament, stabbiliti skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Sabiex jiġi evitat għadd doppju, il-kwantità ta' assorbimenti netti meqjusa skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842 għandha titnaqqas mill-kwantità disponibbli għat-trasferiment ta' dak l-Istat Membru lil Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 12 4.
|
L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul, jew l-ekwivalenti ta' tali dħul f'valur finanzjarju, iġġenerat mit-trasferimenti skont il-paragrafu 2 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu u għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni f'forma faċilment aċċessibbli.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Kwalunkwe trasferiment skont il-paragrafu 2 jista' jirriżulta minn proġett jew programm ta' mitigazzjoni tal-gassijiet serra mwettaq fl-Istat Membru li jkun qed ibiegħ u rimunerat mill-Istat Membru riċeventi, dment li jiġi evitat l-għadd doppju u tiġi żgurata t-traċċabbiltà.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0841
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|