+Artikolu 13a Kumpensi addizzjonali
---+Artikolu 13a 1.
---+Artikolu 13a 2.
---+Artikolu 13a 3.
---+Artikolu 13a 4.
---+Artikolu 13a 5.
|
Artikolu 13a Kumpensi addizzjonali
Kumpensi addizzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13a 1.
|
Il-Finlandja tista' tikkumpensa emissjonijiet ikkontabbilizzati ta' mhux aktar minn 5 miljun tunnellata addizzjonali ta' ekwivalenti ta' CO2 taħt il-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art “art forestali ġestita”, “art deforestata”, “raba' ġestit” u “bur ġestit”, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-Finlandja tkun inkludiet fl-istrateġija tagħha ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999, miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex tiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta' bjar u riżervi tal-foresti;
(b)
l-emissjonijiet totali fl-Unjoni ma jaqbżux l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament fil-perjodu mill-2021 sal-2025.
Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/842.
|
|
Artikolu 13a 2.
|
Il-kumpensi addizzjonali għandhom ikunu limitati għal:
(a)
l-ammont li jaqbeż il-flessibbiltà tal-art forestali ġestita disponibbli għall-Finlandja fil-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 13;
(b)
l-emissjonijiet maħluqa permezz ta' bidla storika minn art forestali għal kwalunkwe kategorija oħra ta' użu tal-art li tkun seħħet mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017;
(c)
l-ammont meħtieġ għall-konformità mal-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 13a 3.
|
Il-kumpensi addizzjonali ma għandhomx ikunu soġġetti għal trasferiment skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament jew l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842.
|
|
Artikolu 13a 4.
|
Kwalunkwe kumpens addizzjonali mhux użat mill-ammont ta' 5 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkanċellat.
|
|
Artikolu 13a 5.
|
L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq l-operazzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a), u l-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu fir-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1999 (ir-“Reġistru tal-Unjoni”).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0841
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|