+Artikolu 13b Mekkaniżmu tal-użu tal-art għas-snin mill-2026 sal-2030
---+Artikolu 13b 1.
---+Artikolu 13b 2.
---+Artikolu 13b 3.
---+Artikolu 13b 4.
---+Artikolu 13b 5.
---+Artikolu 13b 6.
---+Artikolu 13b 7.
---+Artikolu 13b 8.
---+Artikolu 13b 9.
---+Artikolu 13b 10.
---+Artikolu 13b 11.
|
Artikolu 13b Mekkaniżmu tal-użu tal-art għas-snin mill-2026 sal-2030
Mekkaniżmu tal-użu tal-art għas-snin mill-2026 sal-2030
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13b 1.
|
Mekkaniżmu tal-użu tal-art li jikkorrispondi għal kwantità ta' mhux aktar minn 178 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 għandu jiġi stabbilit fir-Reġistru tal-Unjoni, soġġett għall-ilħuq tal-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-mekkaniżmu tal-użu tal-art għandu jkun disponibbli flimkien mal-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 12.
|
|
Artikolu 13b 2.
|
Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, wara li Stat Membru jkun għamel l-almu tiegħu biex iqis kwalunkwe opinjoni mill-Kummissjoni indirizzata lilu skont l-Artikolu 13d, id-differenza bejn is-somma tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra fit-territorju ta' Stat Membru u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), u l-mira korrispondenti stabbilita għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit stabbilit għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(4), tkun pożittiva, ikkontabbilizzata u rrapportata f'konformità ma' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru jista' juża l-mekkaniżmu stabbilit f'dan l-Artikolu sabiex jikkonforma mal-mira tiegħu stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit tiegħu stabbilit f'konformità mal-Artikolu 4(4).
|
|
Artikolu 13b 3.
|
Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, ir-riżultat ta' wieħed mill-kalkoli msemmija fil-paragrafu 2 jew tat-tnejn li huma jkun pożittiv, l-Istat Membru għandu jkun intitolat juża l-mekkaniżmu stabbilit f'dan l-Artikolu biex jikkumpensa l-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, jew it-tnejn, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew kontra l-baġit stabbilit għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(4), jew it-tnejn, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-Istat Membru jkun inkluda fil-pjan nazzjonali integrat aġġornat tiegħu għall-enerġija u l-klima ppreżentat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, tal-bjar u r-riżervi kollha tal-art, u biex inaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għad-disturbi naturali;
(b)
l-Istat Membru jkun eżawrixxa l-flessibbiltà disponibbli skont l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament;
(c)
id-differenza fl-Unjoni bejn is-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti kollha ta' gassijiet serra fit-territorju tagħha u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), u l-mira tal-Unjoni ta' assorbimenti netti ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 tkun negattiva, fl-2030.
Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, il-kundizzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu ġietx issodisfata, il-Kummissjoni għandha tinkludi sa 30 %, iżda mhux aktar minn 20 Mt ta' ekwivalenti ta' CO2, taż-żieda mhux użata tal-impenji tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1) mill-perjodu mill-2021 sal-2025, dment li Stat Membru wieħed jew aktar jippreżentaw evidenza lill-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842.
|
|
Artikolu 13b 4.
|
L-ammont tal-kumpens imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma jistax, għall-perjodu mill-2026 sal-2030, jaqbeż 50 % tal-ammont massimu ta' kumpens għall-Istat Membru kkonċernat stabbilit fl-Anness VII.
|
|
Artikolu 13b 5.
|
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw evidenza lill-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali kkalkolati skont l-Anness VI, sabiex ikunu eliġibbli għall-kumpens tal-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, jew it-tnejn, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-miri stabbiliti għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(3), jew kontra l-baġit stabbilit għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(4), sal-ammont mhux użat mill-Istati Membri l-oħrajn tal-ammont sħiħ tal-kumpens għall-perjodu mill-2026 sal-2030 stabbilit fl-Anness VII. Meta d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont tal-kumpens mhux użat disponibbli, dak il-kumpens mhux użat għandu jitqassam fuq bażi pro rata fost l-Istati Membri kkonċernati.
|
|
Artikolu 13b 6.
|
L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jikkumpensaw l-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, jew it-tnejn, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-miri stabbiliti għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew kontra l-baġit stabbilit għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(4), sal-ammont mhux użat mill-Istati Membri l-oħra tal-ammont sħiħ tal-kumpens għall-perjodu mill-2021 sal-2030 stabbilit fl-Anness VII, wara li jitqiesu l-Artikolu 13(4) u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, dment li dawk l-Istati Membri:
(a)
ikunu eżawrew il-flessibbiltajiet disponibbli skont l-Artikolu 12(1), u l-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu; u
(b)
ikunu ppreżentaw evidenza lill-Kummissjoni dwar jew:
(i)
l-impatt fit-tul tat-tibdil fil-klima li jirriżulta f'emissjonijiet eċċessivi jew fi tnaqqis tal-bjar li jkunu lil hinn mill-kontroll tagħhom; jew
(ii)
l-effetti ta' proporzjon eċċezzjonalment għoli ta' ħamrija organika fiż-żona tal-art ġestita tagħhom, meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni, li jirriżulta f'emissjonijiet eċċessivi, dment li dawk l-effetti jistgħu jiġu attribwiti għal prattiki ta' ġestjoni tal-art li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE;
(c)
fil-pjanijiet nazzjonali integrati l-aktar reċenti tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, ikunu inkludew miżuri speċifiċi biex jiżguraw il-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, tal-bjar u tar-riżervi kollha tal-art, u biex inaqqsu l-vulnerabbiltà tal-art għall-perturbazzjonijiet tal-ekosistema xprunati mit-tibdil fil-klima.
|
|
Artikolu 13b 7.
|
L-ammont tal-kumpens imsemmi fil-paragrafu 6 ma għandux jaqbeż il-50 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 għall-Unjoni kollha kemm hi. Meta d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont massimu tal-kumpens disponibbli, dak il-kumpens għandu jitqassam fuq bażi pro rata fost l-Istati Membri kkonċernati.
|
|
Artikolu 13b 8.
|
L-evidenza msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b)(i), għandha tinkludi valutazzjoni kwantitattiva tal-effetti fuq l-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, f'termini ta' miljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 għaż-żona affettwata, u għandha tkun ibbażata fuq indiċijiet kwantitattivi kumparabbli u affidabbli, fuq data ġeografikament espliċita u fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli. Dawk l-indiċijiet, dik id-data u dik l-evidenza għandhom ikunu bbażati fuq bidliet osservati li jkopru mill-anqas il-perjodu mill-2001 sal-2025, u fuq projezzjonijiet u osservazzjonijiet rieżaminati xjentifikament għall-perjodu mill-2026 sal-2030. Dawk l-indiċijiet, dik id-data u dik l-evidenza għandhom jirriflettu l-bidliet fl-isfond fuq terminu medju jew twil tal-karatteristiċi klimatiċi rilevanti għas-settur tal-LULUCF, bħall-aridità, it-temperaturi medji, il-preċipitazzjoni medja, il-ġranet tal-ġlata, u t-tul ta' żmien tan-nixfiet meteoroloġiċi jew tal-indewwa fil-ħamrija.
|
|
Artikolu 13b 9.
|
L-evidenza msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b)(ii), għandha tinkludi ġustifikazzjoni li turi li l-proporzjon tal-ħamrija organika fiż-żona tal-art ġestita għall-Istat Membru kkonċernat jaqbeż il-proporzjon medju tal-Unjoni għas-sena 2030. L-evidenza għandha tinkludi analiżi kwantitattiva, f'miljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2, tal-emissjonijiet irrapportati minħabba l-effetti ta' legat fuq il-ħamrija organika ġestita, abbażi ta' osservazzjonijiet rieżaminati għall-perjodu mill-2026 sal-2030, fuq data ġeografikament espliċita komparabbli u affidabbli u fuq l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, b'mod partikolari dwar siti simili fl-Istat Membru kkonċernat. L-evidenza għandha tkun akkumpanjata wkoll minn deskrizzjoni tal-miżuri ta' politika implimentati bħalissa li jimminimizzaw l-impatti negattivi tal-effetti ta' legat fuq il-ħamrija organika ġestita.
|
|
Artikolu 13b 10.
|
Sat-12 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-istruttura, il-format, id-dettalji tekniċi u l-proċess għall-preżentazzjoni tal-evidenza msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16a.
|
|
Artikolu 13b 11.
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b), disponibbli għall-pubbliku, u tista' titlob lil Stat Membru jippreżenta evidenza addizzjonali jekk, wara li tkun ivverifikat l-informazzjoni riċevuta minn dak l-Istat Membru, tqis dik l-informazzjoni bħala mhux ġustifikata biżżejjed jew sproporzjonata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0841
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|