+Artikolu 13d 1.

Artikolu 13d 1.

Jekk il-Kummissjoni ssib, fil-valutazzjoni annwali tagħha skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel biżżejjed progress biex jilħaq il-mira tiegħu stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis it-trajettorja u l-baġit stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-flessibbiltajiet skont dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta' azzjoni korrettiva li jinkludi:

(a) 

spjegazzjoni dettaljata dwar għaliex mhux qed jagħmel biżżejjed progress;

(b) 

valutazzjoni ta' kif il-finanzjament tal-Unjoni appoġġja l-isforzi tiegħu biex jikkonforma mal-mira u l-baġit tiegħu u ta' kif biħsiebu juża tali finanzjament biex jagħmel progress biex jikkonforma magħhom;

(c) 

azzjonijiet addizzjonali, li jikkomplementaw il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima ta' dak l-Istat Membru skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 jew li jsaħħu l-implimentazzjoni tiegħu, li se jimplimenta sabiex jikkonforma mal-mira tiegħu stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit tiegħu stabbilit f'konformità mal-Artikolu 4(4) permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni, akkumpanjati minn valutazzjoni dettaljata, mirfuda minn data kwantitattiva, meta tkun disponibbli, tal-assorbimenti netti previsti ta' gassijiet serra li jirriżultaw minn dawk l-azzjonijiet;

(d) 

skeda ta' żmien stretta għall-implimentazzjoni ta' tali azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni.

Meta Stat Membru jkun stabbilixxa korp konsultattiv nazzjonali dwar il-klima, jista' jitlob il-parir ta' dak il-korp biex jidentifika l-azzjonijiet meħtieġa msemmija fil-punt (c).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0841
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.