+Artikolu 14 Kontroll tal-konformità
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 1a.
---+Artikolu 14 1b.
---+Artikolu 14 1c.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.

Artikolu 14 Kontroll tal-konformità

Kontroll tal-konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Sal-15 ta' Marzu 2027 għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u sal-15 ta' Marzu 2032 għall-perjodu mill-2026 sal-2030, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tal-konformità, abbażi ta' settijiet ta' data annwali, li jkun fih il-bilanċ tal-emissjonijiet totali u tal-assorbimenti totali għall-perjodu rilevanti fuq kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art speċifikata fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (f), għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), għall-perjodu mill-2026 sal-2030, bl-użu tar-regoli kontabilistiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni ta':

(a) 

il-politiki u l-miżuri fir-rigward tal-kompromessi possibbli, inkluż mill-anqas ma' objettivi u strateġiji ambjentali oħra tal-Unjoni, bħal dawk stabbiliti fit-8 Programm ta' Azzjoni Ambjentali stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ottubru 2018 dwar Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: It-tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent;

(b) 

kif l-Istati Membri jkunu qiesu l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” huma u jadottaw il-politiki u l-miżuri tagħhom biex jikkonformaw mal-mira tagħhom stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit tagħhom stabbilit f'konformità mal-Artikolu 4(4), sa fejn ikun rilevanti;

(c) 

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inklużi politiki u miżuri biex titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għad-disturbi naturali u l-klima;

(d) 

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità.

Ir-rapport tal-konformità għandu jkun fih ukoll, meta jkun applikabbli, dettalji dwar l-intenzjoni li jintużaw il-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11 u l-ammonti relatati, jew dwar l-użu ta' tali flessibbiltajiet u ammonti relatati. L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-rapporti tal-konformità disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 14 1a.
Id-data tal-inventarju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ppreżentata minn kull Stat Membru u vvalidata skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tista' tkun soġġetta għal aġġustament metodoloġiku mill-Kummissjoni meta tkun saret bidla fil-metodoloġija użata mill-Istati Membri. Madankollu, tali aġġustamenti metodoloġiċi, peress li huma għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-mira tal-Unjoni għall-2030, ma għandhomx jaffettwaw il-valur tal-assorbimenti netti ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 bħala somma tal-valuri tal-assorbimenti netti ta' gassijiet serra, f'kt ta' ekwivalenti ta' CO2, fl-2030 għall-Istati Membri stabbiliti fil-kolonna D tal-Anness IIa u lanqas il-miri fil-kolonna C ta' dak l-Anness.
Artikolu 14 1b.
L-Istati Membri li jindikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw il-flessibbiltà msemmija fl-Artikolu 13b(6) għandhom jiddeskrivu, f'taqsimiet dedikati tar-rapport, il-miżuri meħuda biex jimmitigaw jew ireġġgħu lura l-effetti msemmija fl-Artikolu 13b(6), il-punt (b), kif ukoll l-effetti osservati u mistennija ta' dawk il-miżuri.
Artikolu 14 1c.
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tar-rapporti tal-konformità, previsti mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 4.

B'mod parallel ma' dak ir-rieżami komprensiv, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” jkun tqies skont il-paragrafu 1, il-punt (b). F'dak ir-rigward, qabel l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għall-fini ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 14 2.
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tar-rapporti tal-konformità, previsti taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 4.
Artikolu 14 3.
Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport fl-2027, għall-perijodu mill-2021 sal-2025, u fl-2032, għall-perijodu mill-2026 sal-2030, dwar l-emissjonijiet totali u l-assorbimenti totali tal-Unjoni ta’ gassijiet serra għal kull kategorija ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 ikkalkolata bħala t-total tal-emissjonijiet rrappurtati u t-total tal-assorbimenti rrappurtati għall-perijodu u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-medja annwali tal-Unjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rrappurtati fil-perijodu mill-2000 sal-2009.
Artikolu 14 4.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ monitoraġġ u konformità previst f’dan l-Artikolu, f’konformità mal-programm ta’ ħidma annwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0841
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.