+Artikolu 17 Rieżami
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
|
Artikolu 17 Rieżami
Rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Dan ir-Regolament għandu jinżamm taħt rieżami b'kunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, ta’:
(a)
l-iżviluppi internazzjonali;
(b)
l-isforzi li jkunu saru biex jintlaħqu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi; u
(c)
il-liġi tal-Unjoni, inkluż dwar ir-restawr tan-natura.
Abbażi tas-sejbiet tar-rapport ippreparat skont l-Artikolu 14(3) u r-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 13(2), il-punt (b), jew abbażi tal-verifika mwettqa skont l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposti biex tiżgura li l-integrità tal-mira ġenerali tal-Unjoni tal-2030 għall-assorbimenti netti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament u l-kontribut tal-mira għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi jiġu rispettati.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-ewwel bilanċ globali maqbul skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq l-aktar data reċenti disponibbli kif ipprovduta mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 u fuq l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
). Bil-ħsieb taż-żieda meħtieġa fit-tnaqqis u l-assorbimenti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni u l-kisba ta' tranżizzjoni soċjalment ġusta, u fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u ta' miżuri addizzjonali tal-Unjoni, ir-rapport għandu jinkludi, meta jkun rilevanti, dan li ġej:
(a)
valutazzjoni tal-impatti tal-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11;
(b)
valutazzjoni tal-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-objettiv tan-newtralità klimatika u l-miri klimatiċi intermedji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119;
(c)
valutazzjoni tal-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi;
(d)
valutazzjoni tal-impatti soċjali u fuq ix-xogħol, inkluż fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Istati Membri, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali, li l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament ikollhom fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-art u kwalunkwe wieħed mis-setturi koperti bl-Artikolu 2;
(e)
valutazzjoni tal-progress li jkun sar fil-livell internazzjonali dwar ir-regoli li jrieġu l-Artikolu 6(2) u 6(4) tal-Ftehim ta' Pariġi u, meta jkun rilevanti, proposti biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b'mod partikolari biex jiġi evitat l-għadd doppju u jiġu applikati aġġustamenti korrispondenti;
(f)
valutazzjoni tax-xejriet attwali u tal-projezzjonijiet futuri rigward l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mir-raba', mill-bwar u mill-artijiet mistagħdra u l-għażliet regolatorji biex tiġi żgurata l-konsistenza ta' dawk ix-xejriet u l-projezzjonijiet mal-objettiv li jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi kollha tal-ekonomija f'konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u l-miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119;
(g)
ix-xejriet attwali u l-projezzjonijiet futuri rigward l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-kategoriji ta' rapportar u l-għażliet regolatorji li ġejjin biex tiġi żgurata l-konsistenza ta' dawk ix-xejriet u l-projezzjonijiet mal-objettiv li jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi kollha tal-ekonomija f'konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u mal-miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119:
(i)
il-fermentazzjoni enterika;
(iii)
il-kultivazzjoni tar-ross;
(v)
il-ħruq awtorizzat ta' meddiet kbar ta' savana;
(vi)
il-ħruq fl-għelieqi ta' fdalijiet agrikoli;
(viii)
l-applikazzjoni tal-urea;
(ix)
fertilizzanti oħrajn li jkun fihom il-karbonju;
Dak ir-rapport għandu jqis, meta jkun rilevanti, l-effetti tal-istruttura tal-età tal-foresti, inkluż meta dawk l-effetti jkunu marbuta ma' ċirkostanzi speċifiċi ta' żmien il-gwerra jew ta' wara l-gwerra, b'mod xjentifikament robust, affidabbli u trasparenti, u bil-ħsieb li jiġu żgurati r-reżiljenza fit-tul u l-kapaċità ta' adattament tal-foresti. Dak ir-rapport jista' wkoll, wara l-adozzjoni ta' metodoloġija xierqa ta' rapportar ibbażata fuq ix-xjenza u abbażi tal-progress fir-rapportar u l-aħħar informazzjoni xjentifika disponibbli, jivvaluta l-fattibbiltà tal-analiżi u l-impatt tar-rapportar tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn setturi addizzjonali, bħall-ambjenti tal-baħar u tal-ilma ħelu, kif ukoll għażliet regolatorji rilevanti. Wara r-rapport u filwaqt li titqies l-importanza li kull settur li jagħti kontribut ġust għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u għall-miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1119, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposti leġiżlattivi. B'mod partikolari, dawk il-proposti jistgħu jistabbilixxu miri tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra, filwaqt li jqisu kif xieraq kwalunkwe defiċit akkumulat sal-2030 minn kull Stat Membru. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
) (“il-Bord Konsultattiv”) jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi pariri xjentifiċi jew joħroġ rapporti dwar il-miżuri tal-Unjoni, il-miri klimatiċi, il-livelli annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti u l-flessibbiltajiet skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-pariri u r-rapporti rilevanti tal-Bord Konsultattiv, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri futuri mmirati lejn aktar tnaqqis tal-emissjonijiet u żidiet fl-assorbimenti fis-sottosetturi koperti minn dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' att leġiżlattiv li jikkonċerna qafas regolatorju tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-benefiċċji u l-kompromessi possibbli tal-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ta' prodotti tal-ħżin tal-karbonju b'ħajja twila miksuba b'mod sostenibbli li jkollhom effett ta' sekwestru tal-karbonju pożittiv għan-nett. Ir-rapport għandu jivvaluta kif għandhom jitqiesu l-emissjonijiet u l-assorbimenti diretti u indiretti ta' gassijiet serra relatati ma' dawk il-prodotti, bħal dawk li jirriżultaw minn tibdil fl-użu tal-art u r-riskji konsegwenti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet relatati, kif ukoll il-benefiċċji u l-kompromessi possibbli ma' objettivi ambjentali oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-objettivi tal-bijodiversità. Meta jkun xieraq, ir-rapport jista' jikkunsidra proċess għall-inklużjoni ta' prodotti għall-ħżin sostenibbli tal-karbonju fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod konsistenti ma' objettivi ambjentali oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi. Ir-rapport tal-Kummissjoni jista' jkun akkumpanjat, meta jkun xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat konsegwentement.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0841
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|