+ANNESS V

ANNESS V

ANNESS V

FUNZJONI TA’ DIŻINTEGRAZZJONI TAL-EWWEL GRAD, METODOLOĠIJI U VALURI PRESTABBILITI TA’ NOFS IL-ĦAJJA GĦALL-PRODOTTI TAL-INJAM MAĦSUD

Kwistjonijiet metodoloġiċi

— 
Jekk ma jkunx possibbli li ssir distinzjoni bejn il-prodotti tal-injam maħsud fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art tal-art afforestata u l-art forestali ġestita, Stat Membru jista’ jagħżel li jikkontabbilizza l-prodotti tal-injam maħsud bil-preżunzjoni li l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha seħħew fuq art forestali ġestita.
— 
Il-prodotti tal-injam maħsud fil-miżbliet ta’ skart solidu u l-prodotti tal-injam maħsud għall-finijiet tal-enerġija għandhom jiġu kkontabbilizzati abbażi ta’ ossidazzjoni istantanja.
— 
Il-prodotti importati tal-injam maħsud, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, ma għandhomx jiġu kkontabbilizzati mill-Istat Membru li jkun qed jimpurtahom (“l-approċċ ta’ produzzjoni”).
— 
Għal prodotti tal-injam maħsud esportati, id-data speċifika għall-pajjiż tirreferi għall-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż u l-użu ta’ prodotti tal-injam maħsud fil-pajjiż li qed jimpurtahom.
— 
Il-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż għal prodotti tal-injam maħsud imqiegħda fis-suq tal-Unjoni ma għandhomx jiddevjaw minn dawk użati mill-Istat Membru importatur.
— 
Għall-finijiet ta’ informazzjoni biss, fis-sottomissjoni tagħhom l-Istati Membri jistgħu jipprovdu data dwar is-sehem tal-injam għall-finijiet ta’ enerġija li kien importat minn barra l-Unjoni, u l-pajjiżi ta’ oriġini ta’ tali injam.

L-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġiji u valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż minflok il-metodoloġiji u l-valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja speċifikati f’dan l-Anness, sakemm tali metodoloġiji u l-valuri jiġu ddeterminati abbażi ta’ data trasparenti u verifikabbli u li l-metodoloġiji użati jkunu tal-anqas dettaljati u preċiżi daqs dawk speċifikati fl-Anness.

Valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja:

Valur ta’ nofs il-ħajja tfisser l-għadd ta’ snin li jridu jgħaddu biex il-kwantità ta’ karbonju maħżun f’kategorija waħda tal-prodotti tal-injam maħsud tonqos għal nofs il-valur inizjali tiegħu.

Il-valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja għandhom ikunu kif ġej:

(a) 

sentejn għall-karta;

(b) 

25 sena għall-panewijiet tal-injam;

(c) 

35 sena għall-injam issegat.

L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-prodotti ta’ materjali bbażati mill-injam, inkluż qxur tas-siġar, li jaqgħu f’dawk il-kategoriji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) hawn fuq, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l -Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, dment li d-data disponibbli tkun trasparenti u verifikabbli. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll subkategoriji speċifiċi għall-pajjiż ta’ kwalunkwe kategorija minn dawn.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0841
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.