+Artikolu 4 Il-livelli annwali tal-emissjonijiet għall-perijodu mill-2021 sal-2030
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.

Artikolu 4 Il-livelli annwali tal-emissjonijiet għall-perijodu mill-2021 sal-2030

Il-livelli annwali tal-emissjonijiet għall-perijodu mill-2021 sal-2030

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Fl-2030, kull Stat Membru għandu jillimita l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu tal-inqas bil-perċentwal stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu fl-2005, iddeterminati skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 4 2.

Soġġett għall-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament u għall-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament, u filwaqt li jitqies kwalunkwe tnaqqis li jista’ jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu:

(a) 

ma jaqbżux, fis-snin 2021 u 2022, il-limitu ddefinit minn trajettorja lineari, li tibda fuq il-medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ dak l-Istat Membru fl-2016, l-2017 u l-2018, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u li tispiċċa fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament; it-trajettorja lineari ta’ Stat Membru għandha tibda jew mill-ħames parti minn kull tnax tad-distanza mill-2019 sal-2020 jew fl-2020, skont liema tkun l-anqas allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru;

(b) 

ma jaqbżux, fis-snin 2023, 2024 u 2025, il-limitu ddefinit minn trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal dik is-sena, u li tintemm fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

ma jaqbżux, fis-snin 2026 sal-2030, il-limitu ddefinit minn trajettorja lineari li tibda fuq il-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dak l-Istat Membru fl-2021, 2022 u 2023, kif ippreżentat minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u li tintemm fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; it-trajettorja lineari ta’ Stat Membru għandha tibda mid- disa’ parti minn kull tnax tad-distanza mill-2023 sal-2024.

Artikolu 4 3.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin mill-2021 sal-2030 f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 f’konformità mat-trajettorji lineari stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Għas-snin 2021 u 2022, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi ta’ rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar reċenti għas-snin 2005, 2016, 2017 u 2018 ippreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u għandha tindika l-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2005 ta’ kull Stat Membru użati biex jiġu ddeterminati dawk l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet.

Għas-snin 2023, 2024 u 2025, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta’ kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u tal-valuri rieżaminati tad-data tal-inventarju nazzjonali għas-snin 2016, 2017 u 2018 imsemmija f’dak it-tieni subparagrafu.

Għas-snin 2026 sa 2030, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta’ kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u abbażi ta’ rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar reċenti għas-snin 2021, 2022 u 2023 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 4 4.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jispeċifikaw ukoll, abbażi tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(3), (3a) u (3b), il-kwantitajiet totali li jistgħu jitqiesu għall-konformità ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 9 bejn l-2021 u l-2030. Jekk is-somma tal-kwantitajiet totali tal-Istati Membri kollha taqbeż it-total kollettiv ta’ 100 miljun, il-kwantitajiet totali għal kull Stat Membru għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sabiex ma jinqabiżx it-total kollettiv.
Artikolu 4 5.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14.
Artikolu 4 6.
Meta jwettqu l-azzjonijiet biex jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont il-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li jiżguraw tranżizzjoni ġusta u soċjalment ġusta għal kulħadd. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ gwida biex tappoġġa lill-Istati Membri f’dak ir-rigward.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0842
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.