+Artikolu 6 Flessibbiltà għal ċerti Stati Membri wara tnaqqis fil-kwoti tal-EU ETS
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 3a.
---+Artikolu 6 3b.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
|
Artikolu 6 Flessibbiltà għal ċerti Stati Membri wara tnaqqis fil-kwoti tal-EU ETS
Flessibbiltà għal ċerti Stati Membri wara tnaqqis fil-kwoti tal-EU ETS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
L-Istati Membri elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament jista’ jkollhom kanċellazzjoni limitata għal mhux iktar minn 100 miljun kwota EU ETS li jitqiesu kollettivament għall-konformità tagħhom skont dan ir-Regolament. Dik il-kanċellazzjoni għandha ssir mill-volumi tal-irkant tal-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Il-kwoti tal-EU ETS ikkunsidrati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala kwoti tal-EU ETS fiċ-ċirkolazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Fl-ewwel rieżami tagħha skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk iżżommx il-kontijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-Istati Membri elenkati fl-Anness II għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019 dwar kwalunkwe intenzjoni li jkollhom biex jagħmlu użu mill-kanċellazzjoni limitata ta’ kwoti tal-EU ETS imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sal-perċentwal elenkat fl-Anness II għal kull sena tal-perijodu mill-2021 sal-2030 għal kull Stat Membru kkonċernat, għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9. L-Istati Membri elenkati fl-Anness II jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu l-perċentwal notifikat darba fl-2024 u darba fl-2027. F’tali każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan sal-31 ta’ Diċembru 2024 jew sal-31 ta’ Diċembru 2027, rispettivament.
|
|
Artikolu 6 3a.
|
Malta għandha tinnotifika lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2023 jekk tkunx beħsiebha tagħmel użu mill-kanċellazzjoni limitata tal-kwoti tal-EU ETS imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sal-perċentwal elenkat fl-Anness II għal kull sena mill-2025 sal-2030, għall-konformità tagħha skont l-Artikolu 9.
|
|
Artikolu 6 3b.
|
Minkejja l-paragrafu 3, l-Istati Membri elenkati fl-Anness II li ma jkunux innotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019 dwar intenzjoni li jagħmlu użu jew użu sħiħ mill-kanċellazzjoni limitata ta’ kwoti tal-EU ETS imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2023 jekk għandhomx l-intenzjoni li jagħmlu użu jew użu ulterjuri minn dik il-kanċellazzjoni limitata ta’ kwoti tal-EU ETS, sal-perċentwal elenkat fl-Anness II għal kull sena tal-perjodu mill-2025 sal-2030 għal kull Stat Membru kkonċernat, għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Fuq talba ta’ Stat Membru, l-Amministratur Ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/87/KE (l-“Amministratur Ċentrali”) għandu jqis ammont li ma jaqbiżx it-total tal-kwantità ddeterminata skont l-Artikolu 4(4) ta’ dan ir-Regolament għall-konformità ta’ dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament. Parti minn kull għaxra tal-kwantità totali tal-kwoti tal-EU ETS iddeterminati skont l-Artikolu 4(4) ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE għal kull sena mill-2021 sal-2030 għal dak l-Istat Membru. Parti minn kull sitta tal-kwantità totali tal-kwoti tal-EU ETS iddeterminati skont l-Artikolu 4(4) ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE għal kull sena mill-2025 sal-2030 għal Stati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 3a u 3b ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Meta Stat Membru, f’konformità mal-paragrafu 3, ikun innotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jirrevedi l-perċentwal innotifikat preċedentement, kwantità ta’ kwoti tal-EU ETS korrispondentement aktar baxxa jew aktar għolja għandha tiġi kkanċellata għal dak l-Istat Membru fir-rigward ta’ kull sena mill-2026 sal-2030 jew mill-2028 sal-2030, rispettivament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0842
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|