+Artikolu 9 Kontroll tal-konformità
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
|
Artikolu 9 Kontroll tal-konformità
Kontroll tal-konformità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Fl-2027 u fl-2032, jekk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra riveduti ta’ Stat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perijodu, b’ kont meħud għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5, 6 u 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:
(a)
żieda maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ Stat Membru tas-sena ta’ wara ugwali għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra żejda, immultiplikat b’fattur ta’ 1,08, skont il-miżuri adottati skont l-Artikolu 12; u
(b)
l-Istat Membru għandu jkun temporanjament ipprojbit milli jittrasferixxi kwalunkwe parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu lil Stat Membru ieħor sakemm jiġi konformi mal-Artikolu 4.
L-Amministratur Ċentrali għandu jimplimenta l-projbizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fir-Reġistru tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Jekk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ Stat Membru fil-perjodu mill-2021 sal-2025 imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841 jaqbżu l-assorbimenti tiegħu, kif iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament, l-Amministratur Ċentrali għandu jnaqqas mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru ammont ugwali għal dawk l-emissjonijiet ta’gassijiet serra żejda f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 għas-snin rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0842
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|