+Artikolu 10 1.

Artikolu 10 1.

Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament sabiex jirriflettu:

(a) 

l-aġġustamenti għall-għadd ta’ kwoti tal-EU ETS maħruġa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE li rriżultaw minn bidla fil-kopertura tas-sorsi skont dik id-Direttiva, f’konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati skont dik id-Direttiva dwar l-approvazzjoni finali tal-pjanijiet ta’ allokazzjoni nazzjonali għall-perijodu mill-2008 sal-2012;

(b) 

l-aġġustamenti għall-għadd ta’ kwoti jew krediti tal-EU ETS maħruġa, rispettivament, skont l-Artikoli 24 u 24a tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fi Stat Membru; u

(c) 

l-aġġustamenti għall-għadd ta’ kwoti tal-EU ETS li jappartjenu għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn stallazzjonijiet esklużi mill-EU ETS skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE, għaż-żmien li jiġu esklużi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0842
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.