+Artikolu 11 Riżerva ta’ sikurezza
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
|
Artikolu 11 Riżerva ta’ sikurezza
Riżerva ta’ sikurezza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Riżerva ta’ sikurezza li tikkorrispondi għal kwantità ta’ mhux aktar minn 105 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 għandha tiġi stabbilita fir-Reġistru tal-Unjoni soġġett għall-ilħuq tal-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1. Ir-riżerva ta’ sikurezza għandha tkun disponibbli flimkien mal-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Stat Membru jista’ jibbenefika mir-riżerva ta’ sikurezza bil-kondizzjoni li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-PDG tiegħu per capita bil-prezzijiet tas-suq fl-2013, kif ippubblikat mill-Eurostat f’April 2016, kien inqas mill-medja tal-Unjoni;
(b)
l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kumulattivi tiegħu għas-snin mill-2013 sal-2020 fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament huma inqas mill-allokazzjonijiet kumulattivi annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin mill-2013 sal-2020; u
(c)
l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu jaqbżu l-allokazzjonijiet ta’ emissjonijiet annwali fil-perijodu mill-2016 sal-2030, għalkemm:
(i)
ikun eżawrixxa l-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 5(2) u (3);
(ii)
ikun għamel l-użu massimu possibbli mill-assorbimenti netti skont l-Artikolu 7, anke jekk dik il-kwantità ma tilħaqx il-livell stabbilit fl-Anness III; u
(iii)
ma jkun għamel l-ebda trasferiment nett lejn Stati Membri oħra skont l-Artikolu 5
|
|
Artikolu 11 3.
|
Stat Membru, li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandu jirċievi kwantità addizzjonali mir-riżerva ta’ sikurezza ta’ mhux aktar min-nuqqas tiegħu li trid tintuża għall-konformità skont l-Artikolu 9. Dik il-kwantità ma għandhiex taqbeż l-20 % tas-superament tal-objettiv globali tiegħu fil-perijodu mill-2013 sal-2020. Jekk il-kwantità kollettiva li tirriżulta li jirċievu l-Istati Membri kollha li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu taqbeż il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantità li tiġi riċevuta minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandha titnaqqas fuq bażi pro rata.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Kwalunkwe ammont li jifdal fir-riżerva ta’ sikurezza wara d-distribuzzjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jitqassam fost l-Istati Membri msemmija f’dak is-subparagrafu b’mod proporzjonali għan-nuqqas li jifdlilhom, iżda mingħajr ma dan jinqabeż. Għal kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, dik il-kwantità tista’ tkun addizzjonali għall-perċentwal imsemmi f’dak is-subparagrafu.
|
|
Artikolu 11 5.
|
Wara tmiem ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għas-sena 2020, il-Kummissjoni għandha, għal kull Stat Membru li jissodisfa l-kondizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tippubblika l-ammonti korrispondenti għal 20 % tas-superament tal-objettiv globali fil-perijodu mill-2013 sal-2020 kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0842
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|