+Artikolu 4 Qafas proċedurali kumplessiv
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.

Artikolu 4 Qafas proċedurali kumplessiv

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Vjeġġi ta’ kull skart destinat għar-rimi għandhom ikunu pprojbiti, għajr jekk jinkiseb kunsens f’konformità mal-Artikolu 11. Sabiex jinkiseb kunsens f’konformità mal-Artikolu 11 għal vjeġġ destinat għar-rimi, għandha tapplika l-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel stabbilita fil-Kapitolu 1.
Artikolu 4 2.

Vjeġġi tal-iskart li ġej destinat għall-irkupru għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel, stabbilita fil-Kapitolu 1:

(a) 

skart elenkat fl-Anness IV;

(b) 

skart li ma jkunx klassifikat taħt entrata waħda unika f’xi wieħed mill-Annessi III, IIIB jew IV;

(c) 

taħlitiet ta’ skart, dment li ma jkunux elenkati fl-Anness IIIA;

(d) 

skart ikklassifikat bħala perikoluż fil-lista ta’ skart stabbilita skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(e) 

skart elenkat fl-Anness III jew fl-Anness IIIB u taħlitiet ta’ skart elenkat fl-Anness IIIA kkontaminat b’materjali oħra sal-punt li:

(i) 

iżidu r-riskji assoċjati mal-iskart b’mod suffiċjenti li jagħmluh xieraq biex jiġi sottopost għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, filwaqt li titqies il-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE kif ukoll il-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva; jew

(ii) 

jipprevjenu l-irkupru tal-iskart b’mod li jħares l-ambjent;

(f) 

skart jew taħlitiet ta’ skart li jkun fihom pollutanti organiċi persistenti (POPs) jew li jkunu kkontaminati bihom skont is-sens tar-Regolament (UE) 2019/1021 fi kwantitajiet li jilħqu jew jaqbżu l-limitu ta’ konċentrazzjoni indikat fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, li ma jkunux klassifikati bħalaskart perikoluż.

Artikolu 4 3.
Il-paragrafu 2 għandu japplika għal vjeġġi ta’ skart muniċipali mħallat miġbur mingħand unitajiet domestiċi privati, mingħand produtturi tal-iskart oħrajn jew mingħand it-tnejn li huma, kif ukoll għal skart muniċipali mħallat li jkun ġie soġġett għal operazzjoni ta’ trattament tal-iskart li ma tkunx biddlet sostanzjalment il-proprjetajiet tiegħu, inklużi fjuwils derivati mill-iskart ipproċessati minn skart muniċipali mħallat, meta tali skart ikun destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru. Il-vjeġġi ta’ tali skart destinat għar-rimi għandhom jiġu pprojbiti.
Artikolu 4 4.

Il-vjeġġi tal-iskart li ġej destinat għall-irkupru għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 18, jekk il-kwantità ta’ skart ittrasportat taqbeż l-20 kg:

(a) 

skart elenkat fl-Anness III jew fl-Anness IIIB;

(b) 

taħlitiet ta’ skart, diment li l-kompożizzjoni tat-taħlitiet ma tfixkilx l-irkupru tagħhom b’mod li jħares l-ambjent u dment li tali taħlitiet ikunu elenkati fl-Anness IIIA.

Artikolu 4 5.

B’deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), vjeġġi ta’ skart destinat b’mod espliċitu għall-analiżi fil-laboratorju jew għall-provi ta’ trattament sperimentali biex jiġu vvalutati jew il-karatteristiċi fiżiċi inkella dawk kimiċi tal-iskart jew biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tiegħu għall-irkupru jew għar-rimi għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 18, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-kwantità ta’ skart ma taqbiżx il-kwantità raġonevolment meħtieġa biex titwettaq l-analiżi jew il-prova f’kull każ partikolari, iżda mhux aktar minn 250 kg jew kwalunkwe kwantità akbar maqbula fuq bażi ta’ każ b’każ mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni u l-persuna li torganizza l-vjeġġ;

(b) 

fil-każ li tintalab kwantità ogħla minn 250 kg mill-persuna li torganizza l-vjeġġ, dik il-persuna għandha tipprovdi l-informazzjoni li tinsab fl-Anness VII, sakemm ikun possibbli, lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni flimkien mal-ispjegazzjoni motivata għalfejn tali kwantità akbar hija meħtieġa biex titwettaq l-analiżi jew il-prova.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.