+Artikolu 7 Garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 7 8.
---+Artikolu 7 9.
---+Artikolu 7 10.
|
Artikolu 7 Garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Vjeġġi li għalihom hija meħtieġa notifika għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti, li tkopri dan kollu li ġej:
(a)
l-ispejjeż tat-trasport tal-iskart;
(b)
l-ispejjeż tal-irkupru jew tar-rimi, inklużi dawk ta’ kwalunkwe operazzjoni interim meħtieġa;
(c)
l-ispejjeż tal-ħżin għal 90 jum.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tkopri l-ispejjeż li jinħolqu fil-kuntest tal-każijiet kollha li ġejjin:
(a)
meta vjeġġ, jew l-irkupru jew ir-rimi, ma jkunx jista’ jiġi komplut kif maħsub, kif imsemmi fl-Artikolu 22;
(b)
meta vjeġġ, jew l-irkupru jew ir-rimi, ikun illegali, kif imsemmi fl-Artikolu 25.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tiġi stabbilita min-notifikatur jew minn persuna fiżika jew ġuridika oħra f’isem in-notifikatur u għandha tkun effettiva fil-mument tan-notifika jew, jekk l-awtorità kompetenti li tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti tippermetti dan, mhux aktar tard minn meta jiġi komplut id-dokument ta’ moviment f’konformità mal-Artikolu 16(2). Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tapplika għall-vjeġġ mhux aktar tard minn meta jibda l-vjeġġ.
|
|
Artikolu 7 4.
|
L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti, inkluż il-forma, it-test u l-ammont tal-kopertura.
|
|
Artikolu 7 5.
|
Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tkun valida għall-vjeġġ u biex jiġu kompluti l-irkupru jew ir-rimi tal-iskart, kif ukoll tkoprihom. Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tiġi rrilaxxata meta l-awtorità kompetenti li tkun approvata tkun irċeviet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(6) jew, meta xieraq, iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(5) fir-rigward ta’ rkupru interim jew ta’ rimi interim.
|
|
Artikolu 7 6.
|
B’deroga mill-paragrafu 5, meta l-iskart ikun destinat għal irkupru interim jew rimi interim u l-irkupru sussegwenti jew ir-rimi sussegwenti jseħħ fil-pajjiż tad-destinazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni jistgħu jaqblu li l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti trid tiġi rilaxxata ladarba l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun irċeviet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(4). F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti li tiddeċiedi li tirrilaxxa l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha minnufih tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati bid-deċiżjoni tagħha, u kwalunkwe vjeġġ sussegwenti lejn faċilità għall-irkupru jew għar-rimi għandu jkun kopert minn garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti ġdida, dment li l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni ma tkunx sodisfatta li tali garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti mhijiex meħtieġa. F’dawk iċ-ċirkostanzi, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tkun responsabbli għall-obbligi li jinqalgħu fil-każ ta’ teħid lura meta l-vjeġġ jew l-irkupru sussegwenti jew ir-rimi sussegwenti ma jkunx jista’ jiġi komplut kif maħsub, kif imsemmi fl-Artikolu 22, jew fil-każ ta’ vjeġġ illegali, kif imsemmi fl-Artikolu 25.
|
|
Artikolu 7 7.
|
L-awtorità kompetenti fl-Unjoni li tkun approvat il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandu jkollha aċċess għal dik il-garanzija jew għal dik l-assigurazzjoni, u għandha tagħmel użu mill-finanzjament, inkluż għall-fini ta’ pagamenti lil awtoritajiet oħra kkonċernati, sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi li jinħolqu skont l-Artikoli 24 u 26.
|
|
Artikolu 7 8.
|
Fil-każ ta’ notifika ġenerali skont l-Artikolu 13, tista’ tiġi stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkopri partijiet tan-notifika ġenerali, minflok waħda li tkopri n-notifika ġenerali sħiħa. F’tali każijiet, il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tapplika għall-partijiet tal-vjeġġ innotifikat li tkun tkopri fil-mument meta jiġi komplut id-dokument ta’ moviment f’konformità mal-Artikolu 16(2).
|
|
Artikolu 7 9.
|
Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi rilaxxata meta l-awtorità kompetenti li tkun approvata tirċievi ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(6) jew, meta rilevanti, fl-Artikolu 15(5), fir-rigward ta’ rkupru interim jew ta’ rimi interim għall-iskart. Il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 7 10.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-istabbiliment ta’ metodu ta’ kalkolu armonizzat sempliċi u bbażat fuq ir-riskju għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ garanziji finanzjarji jew assigurazzjonijiet ekwivalenti u, jekk xieraq, tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi tali metodu ta’ kalkolu armonizzat sempliċi u bbażat fuq ir-riskju. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(2). Fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, ir-regoli rilevanti tal-Istati Membri relatati mal-kalkolu tal-garanzija finanzjarja jew tal-assigurazzjoni ekwivalenti kif imsemmi f’dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|