+Artikolu 8 Talbiet għal informazzjoni u dokumentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
---+Artikolu 8 10.
---+Artikolu 8 11.
---+Artikolu 8 12.
---+Artikolu 8 13.

Artikolu 8 Talbiet għal informazzjoni u dokumentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Jekk in-notifika tkun meqjusa li ma saritx kif suppost, kif imsemmi fl-Artikolu 5(5), l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha titlob l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mingħand in-notifikatur f’konformità mal-Artikolu 5(3) u, meta applikabbli, mal-Artikolu 5(4).
Artikolu 8 2.
It-talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa lin-notifikatur mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara s-sottomissjoni tan-notifika.
Artikolu 8 3.
In-notifikatur għandu jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara t-talba mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ. Jekk tintalab min-notifikatur, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista’ testendi dik l-iskadenza bi żmien raġonevoli jekk in-notifikatur jipprovdi spjegazzjoni motivata għalfejn tali estensjoni hija meħtieġa biex ikun jista’ jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mitluba.
Artikolu 8 4.
Meta, wara li tkun għaddiet id-data tal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tibqa’ tqis li n-notifika ma tkunx twettqet kif suppost kif imsemmi fl-Artikolu 5(5), jew l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni addizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 5(4) ikunu għadhom meħtieġa, tista’ mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol wara li tkun skadiet l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, tagħmel sa żewġ talbiet oħra għal informazzjoni u dokumentazzjoni mingħand in-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 2. Il-paragrafu 3 għandu japplika għal kwalunkwe talba bħal din mutatis mutandis.
Artikolu 8 5.
L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista’ tiddeċiedi li n-notifika mhijiex valida u ma tiġix aktar ipproċessata, jekk l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti ma jkunux suffiċjenti jew meta l-ebda informazzjoni ma tkun ġiet ipprovduta min-notifikatur, fi żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, jew meta l-ewwel talba skont il-paragrafu 4 tkun saret, fi żmien l-iskadenza msemmija f’dak il-paragrafu.

L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tiddeċiedi li n-notifika mhijiex valida u ma għandhiex tiġi pproċessata aktar, jekk l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti mat-talba finali li tkun saret f’konformità mal-paragrafu 4, ma jkunux suffiċjenti jew meta ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni min-notifikatur, fi żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4.

L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha skont dan il-paragrafu mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol wara li tkun skadiet l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, jew, meta applikabbli, fil-paragrafu 4.

Artikolu 8 6.
Meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tqis li n-notifika tkun twettqet kif suppost, kif imsemmi fl-Artikolu 5(5), hija għandha, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara s-sottomissjoni tan-notifika li tkun saret kif suppost, jew fi żmien sebat ijiem tax-xogħol minn meta tkun skadiet l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, jew, meta applikabbli, fil-paragrafu 4, tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra b’dan.
Artikolu 8 7.
Meta l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu tqis li hija meħtieġa informazzjoni u dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(3) jew informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 5(4), hija għandha, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara li tirċievi l-informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 6, titlob dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mingħand in-notifikatur u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn b’dik it-talba.
Artikolu 8 8.
In-notifikatur għandu jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara t-talba mingħand l-awtorità kompetenti kkonċernata.

Jekk ikun hemm talba mingħand in-notifikatur, l-awtorità kompetenti kkonċernata tista’ testendi l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu bi żmien raġonevoli, jekk in-notifikatur jipprovdi spjegazzjoni motivata għalfejn tali estensjoni hija meħtieġa biex ikun jista’ jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mitluba.

Artikolu 8 9.
Meta l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu tqis li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni skont l-Artikolu 5(3) jew informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali skont fl-Artikolu 5(4) ikunu għadhom meħtieġa, l-awtorità kompetenti kkonċernata tista’ mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol wara li tkun skadiet l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8, tagħmel sa żewġ talbiet oħra għal informazzjoni u dokumentazzjoni mingħand in-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 7. Għandu japplika il-paragrafu 8 mutatis mutandis għal kwalunkwe talba bħal din.
Artikolu 8 10.
L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu tista’ tiddeċiedi li n-notifika mhijiex valida u ma tiġix aktar ipproċessata jekk l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti ma jkunux suffiċjenti jew meta l-ebda informazzjoni ma tkun ġiet ipprovduta mingħand in-notifikatur, fi żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8, jew, meta l-ewwel talba skont il-paragrafu 9 tkun saret, fi żmien l-iskadenza msemmija f’dak il-paragrafu.

L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu għandha tiddeċiedi li n-notifika mhijiex valida u ma tiġix ipproċessata aktar, jekk l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti mat-talba finali li tkun saret f’konformità mal-paragrafu 8, ma jkunux suffiċjenti jew meta ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni mingħand in-notifikatur, fi żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8.

L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu għandha tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati bid-deċiżjoni tagħha skont dan il-paragrafu, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol wara li tkun skadiet l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8, jew, meta applikabbli, fil-paragrafu 9.

Artikolu 8 11.
L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu għandha tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati li hija sodisfatta bin-notifika mwettqa kif suppost mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li tirċievi l-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 6 jew li hija sodisfatta bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mitluba jkunu ġew ipprovduti min-notifikatur skont il-paragrafu 8 u, meta rilevanti, il-paragrafu 9.
Artikolu 8 12.
Meta n-notifika tkun kompluta kif suppost, kif imsemmi fl-Artikolu 5(6), filwaqt li tqis l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 11, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tinforma minnufih lin-notifikatur u lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu kkonċernata.
Artikolu 8 13.
Meta, fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-jum wara s-sottomissjoni tan-notifika jew minn meta l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni jkunu ġew ipprovduti f’konformità mal-paragrafu 3 jew 4, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx aġixxiet f’konformità mal-paragrafu 1, 5 jew 6, hija għandha tipprovdi lin-notifikatur bi spjegazzjoni motivata fuq talba.

Meta, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tkun skadiet l-uskadenza msemmija fil-paragrafu 7, jew minn meta l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni jkunu ġew ipprovduti f’konformità mal-paragrafu 8 jew 9, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu ma tkunx aġixxiet f’konformità mal-paragrafu 7 jew mal-paragrafi 9, 10, 11 jew 12, hija għandha tipprovdi lin-notifikatur bi spjegazzjoni motivata fuq talba.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.