+Artikolu 9 Kunsens mill-awtoritajiet kompetenti u l-perjodi ta’ żmien għall-vjeġġ, għall-irkupru jew għar-rimi
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.
---+Artikolu 9 9.

Artikolu 9 Kunsens mill-awtoritajiet kompetenti u l-perjodi ta’ żmien għall-vjeġġ, għall-irkupru jew għar-rimi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u tat-tranżitu għandhom jieħdu, fi żmien 30 jum mid-data li fiha n-notifikatur ikun ġie infurmat f’konformità mal-Artikolu 8(12) li n-notifika tkun ġiet kompluta kif suppost, waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin, li għandha tkun debitament motivata, fir-rigward tal-vjeġġ:

(a) 

li jagħtu l-kunsens mingħajr kundizzjonijiet;

(b) 

li jagħtu l-kunsens b’xi kundizzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10;

(c) 

li jressqu oġġezzjoni f’konformità mal-Artikolu 12;

(d) 

li ma jagħtux il-kunsens, meta ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 11.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista’ tieħu deċiżjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (c) jew (d), wara li tkun irċeviet in-notifika u qabel ma tkun qieset li tkun twettqet kif xieraq, jekk ikun evidenti li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11 ma jkunux ġew issodisfati jew li jkun hemm raġunijiet għal oġġezzjoni f’konformità mal-Artikolu 12.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, awtorità kompetenti kkonċernata tista’ tieħu deċiżjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (c) jew (d), qabel id-data li fiha n-notifikatur ikun ġie infurmat f’konformità mal-Artikolu 8(12), ladarba n-notifika tkun twettqet kif suppost, kif imsemmi fl-Artikolu 5(5).

Il-kunsens taċitu tal-awtoritajiet kompetenti tat-tranżitu jista’ jiġi preżunt jekk ma ssir ebda oġġezzjoni fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 9 2.
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni, u, meta xieraq, tat-tranżitu, għandhom jinfurmaw lin-notifikatur bid-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, u jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra b’dik id-deċiżjoni. L-awtorità kompetenti għandha minnufih tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra bid-deċiżjonijiet meħuda f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet subparagrafi.

Il-kunsensi taċiti msemmija fil-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu, għandhom ikunu validi għall-perjodu indikat fil-kunsens bil-miktub mogħti f’konformità mal-ewwel subparagrafu mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.

Meta, fi żmien 30 jum mid-data li fiha n-notifikatur, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew awtorità kompetenti tat-tranżitu kkonċernata tkun ġiet infurmata f’konformità mal-Artikolu 8(12), kwalunkwe awtorità kompetenti kkonċernata ma tkunx ħadet deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, hija għandha tipprovdi lin-notifikatur bi spjegazzjoni motivata fuq talba.

Artikolu 9 3.
Jekk notifikatur jissottometti notifika f’konformità mal-Artikolu 5 u, meta rilevanti, mal-Artikolu 13, biex jivjeġġa, meta mqabbla ma’ notifika li tkun ingħatat kunsens, l-istess tip ta’ skart mill-istess post fil-pajjiż tad-dispaċċ lill-istess destinatarju u l-istess faċilità u fejn il-pajjiżi ta’ tranżitu, jekk ikun hemm, ikunu l-istess, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom iqisu kwalunkwe informazzjoni ppreżentata qabel f’konformità mal-Artikolu 5(2), (3) u (4) jew l-Artikolu 13(2) u (3) u għandhom jieħdu deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mill-aktar fis possibbli.
Artikolu 9 4.
Kunsens bil-miktub għal vjeġġ għandu jiskadi fl-aktar data bikrija fi tmiem il-perjodi tal-validità kif indikat mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Ma għandux ikopri perjodu ta’ aktar minn sena waħda.
Artikolu 9 5.
Il-vjeġġ għandu jseħħ biss wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16(1) u (2), u matul il-perjodu ta’ validità tal-kunsens taċitu jew bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. L-iskart għandu jkun ġie riċevut mill-faċilità għall-irkupru jew għar-rimi qabel tmiem il-perjodu ta’ validità tal-kunsens taċitu jew bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha.
Artikolu 9 6.
L-irkupru jew ir-rimi tal-iskart b’rabta ma’ vjeġġ għandu jitlesta sa mhux aktar tard minn sena waħda wara r-riċeviment tal-iskart fil-faċilità li tirkupra jew tarmi l-iskart, sakemm ma jiġix indikat perjodu iqsar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fid-deċiżjoni tagħhom.
Artikolu 9 7.

L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirtiraw il-kunsens taċitu jew bil-miktub tagħhom, fuq it-talba tan-notifikatur jew meta jkunu jafu b’xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-kompożizzjoni tal-iskart ma tkunx kif ġie nnotifikat;

(b) 

il-kundizzjonijiet imposti fuq il-vjeġġ ma ġewx irrispettati;

(c) 

l-iskart ma jkunx ġie rkuprat jew mormi f’konformità mal-permess tal-faċilità li twettaq l-irkupru jew ir-rimi;

(d) 

l-iskart għandu jiġi, jew ikun ġie, ittrasportat, irkuprat jew mormi b’mod li ma jkunx f’konformità mal-informazzjoni pprovduta fid-dokumenti ta’ notifika u ta’ moviment, jew annessa magħhom;

(e) 

it-terminazzjoni tal-garanzija finanzjarja;

(f) 

it-terminazzjoni tal-kuntratt.

Artikolu 9 8.
L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinforma lin-notifikatur, lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra u lid-destinatarju bi kwalunkwe rtirar tal-kunsens, inkluża r-raġuni għal tali rtirar.
Artikolu 9 9.
Meta kunsens minn kwalunkwe awtorità mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jiġi rtirat f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-vjeġġ jew it-trattament tal-iskart ma għandux, meta applikabbli, jitħalla jkompli u għandu japplika l-Artikolu 22 jew 25, kif rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.