+Artikolu 10 Kundizzjonijiet biex jingħata kunsens għal vjeġġ
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.

Artikolu 10 Kundizzjonijiet biex jingħata kunsens għal vjeġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u tat-tranżitu jistgħu, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-kunsens tagħhom għal vjeġġ innotifikat. Tali kundizzjonijiet għandhom ikunu debitament motivati u jistgħu jkunu bbażati fuq waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 11 jew mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 12.
Artikolu 10 2.
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u tat-tranżitu jistgħu wkoll, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), jistabbilixxu l-kundizzjonijiet fir-rigward tat-trasport ta’ skart fi ħdan il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tagħhom. Tali kundizzjonijiet tat-trasport ma għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-rigward tat-trasport tal-iskart li jseħħ kompletament fil-ġuriżdizzjoni nazzjonali tagħhom u għandhom jieħdu kont debitu tal-ftehimiet eżistenti, b’mod partikolari l-ftehimiet internazzjonali rilevanti.
Artikolu 10 3.
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u tat-tranżitu jistgħu wkoll, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), jistabbilixxu kundizzjoni li l-kunsens tagħhom għandu jitqies bħala rtirat jekk il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti ma tkunx applikabbli mhux aktar tard minn meta jiġi komplut id-dokument ta’ moviment skont l-Artikolu 16(2), kif meħtieġ mill-Artikolu 7(3).
Artikolu 10 4.
Il-kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fid-dokument ta’ notifika, jew jiġu annessi miegħu, mill-awtorità kompetenti li tistabbilihom.
Artikolu 10 5.
L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tista’ wkoll, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), tistabbilixxi kundizzjoni li l-faċilità li tirċievi l-iskart għandha żżomm rekord regolari ta’ inputs, outputs u/jew bilanċi għall-iskart, kif ukoll l-operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi relatati kif speċifikati fin-notifika, u għall-perjodu ta’ validità tan-notifika. Tali rekords għandhom jiġu ffirmati minn persuna legalment responsabbli għall-faċilità u għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fi żmien xahar mit-tlestija tal-operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ rimi nnotifikata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.