+Artikolu 11 Kundizzjonijiet għal vjeġġi ta’ skart destinat għar-rimi
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.

Artikolu 11 Kundizzjonijiet għal vjeġġi ta’ skart destinat għar-rimi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.

Meta tiġi sottomessa notifika dwar vjeġġ destinat għar-rimi f’konformità mal-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma għandhomx jagħtu l-kunsens tagħhom għal dak il-vjeġġ, fil-limitu ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

in-notifikatur juri li:

(i) 

l-iskart ma jistax jiġi rkuprat b’mod teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli, jew irid jintrema minħabba obbligi legali skont id-dritt tal-Unjoni jew dak internazzjonali;

(ii) 

l-iskart ma jistax jintrema b’mod teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli fil-pajjiż fejn ġie ġġenerat;

(iii) 

il-vjeġġ jew ir-rimi ppjanat huwa f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u l-prinċipji ta’ prossimità u ta’ awtosuffiċjenza kif stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE u l-iskart relatat huwa mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 59;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew id-destinatarju nstab ħati li wettaq vjeġġ illegali jew kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem fil-ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew il-faċilità jkunu fil-ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika, naqsu ripetutament milli jikkonformaw mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi preċedenti;

(d) 

l-Istat Membru tad-destinazzjoni ma eżerċitax id-dritt tiegħu skont l-Artikolu 4(1) tal-Konvenzjoni ta’ Basilea li jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ skart perikoluż jew ta’ skart elenkat fl-Anness II ta’ dik il-Konvenzjoni;

(e) 

il-vjeġġ u l-irkupru ppjanati huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent, l-ordni pubbliku, is-sikurezza pubblika jew il-ħarsien tas-saħħa fl-Istat Membru fejn tinsab l-awtorità kompetenti;

(f) 

il-vjeġġ jew ir-rimi ppjanati ma jmorrux kontra l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Istat Membru kkonċernat jew mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-Unjoni;

(g) 

l-iskart ikun se jiġi ttrattat f’konformità ma’ standards ta’ ħarsien tal-ambjent legalment vinkolanti fir-rigward ta’ rimi skont id-dritt tal-Unjoni jew stabbiliti fi pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart imfassla skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/98/KE, u, jekk il-faċilità tkun koperta mid-Direttiva 2010/75/UE, din għandha tapplika l-aħjar tekniki disponibbli kif definit fl-Artikolu 3(10) ta’ dik id-Direttiva f’konformità mal-permess tal-faċilità;

(h) 

l-iskart la huwa skart muniċipali mħallat miġbur mingħand unitajiet domestiċi privati jew mingħand produtturi tal-iskart oħrajn, jew mingħand it-tnejn li huma, u lanqas ma huwa skart muniċipali mħallat li ġie soġġett għal operazzjoni ta’ trattament tal-iskart li ma biddlitx sostanzjalment il-proprjetajiet tiegħu.

Artikolu 11 2.
B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), meta n-notifikatur juri li l-iskart ikkonċernat huwa prodott fi Stat Membru tad-dispaċċ fi kwantità totali tant żgħira fis-sena li l-forniment ta’ faċilitajiet speċjalizzati ġodda tar-rimi f’dak l-Istat Membru ma jkunx ekonomikament vijabbli, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a)(ii) u (iii), ma għandhomx japplikaw.
Artikolu 11 3.
Meta awtorità kompetenti tat-tranżitu tagħti l-kunsens lil vjeġġ f’konformità mal-Artikolu 9(1) il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b), (c), (e) u (f), ta’ dan l-Artikolu biss għandhom jiġu kkunsidrati.
Artikolu 11 4.
Informazzjoni dwar il-kunsensi mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1 għandha ssir referenza għaliha fir-rapport f’konformità mal-Artikolu 73. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kollha dwar tali kunsensi meħuda fis-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 11 5.
Sal-21 ta’ Mejju 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi kriterji dettaljati għall-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (a), biex tispeċifika kif il-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika msemmija fil-punti (a)(i) u (ii) ta’ dak il-paragrafu għandhom jintwerew min-notifikaturi u jiġu vvalutati mill-awtoritajiet kompetenti. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġu adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.