+Artikolu 12 Oġġezzjonijiet għal vjeġġi ta’ skart destinat għall-irkupru
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
|
Artikolu 12 Oġġezzjonijiet għal vjeġġi ta’ skart destinat għall-irkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Meta tiġi sottomessa notifika rigward vjeġġ ta’ skart destinat għall-irkupru f’konformità mal-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ jistgħu, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), iressqu oġġezzjonijiet motivati abbażi ta’ waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
il-vjeġġ jew l-irkupru ma jkunux f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE;
(b)
l-iskart ikkonċernat ma jkunx se jiġi ttrattat f’konformità mal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart jew mal-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart imfassla mill-pajjiżi tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni, rispettivament, skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(c)
il-vjeġġ jew l-irkupru ma jkunux f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent, l-ordni pubbliku, is-sikurezza pubblika jew il-ħarsien tas-saħħa fir-rigward ta’ azzjonijiet imwettqa fil-pajjiż tal-awtorità kompetenti li toġġezzjona;
(d)
il-vjeġġ jew l-irkupru ma jkunux f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ b’rabta mal-irkupru tal-iskart u mal-irkupru jew mar-rimi ta’ skart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat, inkluż meta l-vjeġġ jikkonċerna skart destinat għall-irkupru f’faċilità li jkollha standards ta’ trattament għall-iskart partikolari li jkunu aktar baxxi minn dawk tal-pajjiż tad-dispaċċ, bir-rispett dovut lejn il-ħtieġa li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern, sakemm:
(i)
ma jkunx hemm leġislazzjoni tal-Unjoni korrispondenti, b’mod partikolari relatati mal-iskart, u rekwiżiti li huma, mill-inqas, stretti daqs dawk stabbiliti f’tali leġislazzjoni tal-Unjoni li jkunu ġew introdotti fid-dritt nazzjonali li jittrasponi tali leġislazzjoni tal-Unjoni;
(ii)
l-irkupru u l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat fil-pajjiż tad-destinazzjoni ma jsirux taħt kundizzjonijiet li jitqiesu ekwivalenti għal dawk preskritti fil-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż tad-dispaċċ;
(iii)
il-leġislazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ, għajr dak kopert mill-punt (i), ma jkunx ġie nnotifikat f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
), meta meħtieġ minn dik id-Direttiva;
(e)
il-limitazzjoni tal-vjeġġi li jkunu deħlin ta’ skart destinat għall-operazzjonijiet ta’ rkupru għajr ir-riċiklaġġ u l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid hija meħtieġa għal Stat Membru sabiex jipproteġi n-network tal-immaniġġjar tal-iskart tiegħu, meta jkun mistenni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tali vjeġġi jwasslu biex l-i
►C1
skart fil-livell nazzjonali ◄ jkollu jintrema jew jiġi ttrattat b’mod li ma jkunx konsistenti mal-pjanijiet tiegħu għall-immaniġġjar tal-iskart;
(f)
l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew id-destinatarju jkun ġie misjub ħati li wettaq vjeġġ illegali jew kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem fil- ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika;
(g)
l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew il-faċilità, fil- ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika, ripetutament ikunu naqsu milli jikkonformaw mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi preċedenti;
(h)
il-vjeġġ jew l-irkupru jmorru kontra l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-Unjoni;
(i)
il-proporzjon tal-iskart rekuperabbli u mhux rekuperabbli, il-valur stmat tal-materjali li finalment għandhom jiġu rkuprati jew l-ispiża tal-irkupru u l-ispejjeż tar-rimi tal-frazzjoni mhux rekuperabbli tal-iskart ma jiġġustifikawx l-irkupru, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi jew ambjentali;
(j)
l-iskart ikun destinat għar-rimi u mhux għall-irkupru;
(k)
l-iskart ma jkunx se jiġi ttrattat f’konformità mal-istandards ta’ ħarsien tal-ambjent legalment vinkolanti b’rabta mal-operazzjonijiet ta’ rkupru, jew mal-obbligi ta’ rkupru jew riċiklaġġ stabbiliti fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, jew inkella l-iskart jiġi ttrattat f’faċilità li hija koperta mid-Direttiva 2010/75/UE, iżda li ma tapplikax l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti fl-Artikolu 3(10) ta’ dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti tat-tranżitu jistgħu, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1, iressqu oġġezzjonijiet motivati għall-vjeġġ ta’ skart destinat għall-irkupru. Kwalunkwe tali oġġezzjoni għandha tkun ibbażata biss fuq ir-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (c), (f), (g) u (h).
|
|
Artikolu 12 3.
|
Meta, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-problemi li wasslu għall-oġġezzjonijiet tagħhom ġew solvuti, huma għandhom jinfurmaw minnufih lin-notifikatur b’dan.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Meta l-problemi li wasslu għall-oġġezzjonijiet ma jiġux solvuti fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1, in-notifika tal-vjeġġ ta’ skart destinat għall-irkupru ma għandhiex tibqa’ valida. Fil-każijiet meta n-notifikatur jibqa’ bil-ħsieb li jagħmel il-vjeġġ, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha ma jkunux ftiehmu mod ieħor.
|
|
Artikolu 12 5.
|
L-oġġezzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet kompetenti għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (d) u (e), ta’ dan l-Artikolu u r-raġunijiet għal dawk l-oġġezzjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 73.
|
|
Artikolu 12 6.
|
F’konformità mal-Artikolu 9(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lin-notifikatur bir-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet tagħhom għal vjeġġ.
|
|
Artikolu 12 7.
|
L-Istati Membri tad-dispaċċ għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-leġislazzjoni nazzjonali li fuqha jistgħu jkunu bbażati l-oġġezzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (d), u għandhom jiddikjaraw għal liema skart u operazzjonijiet ta’ rkupru kif ukoll l-operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi ta’ skart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat japplikaw dawk l-oġġezzjonijiet, qabel ma tali leġislazzjoni nazzjonali tiġi invokata bħala raġunijiet għall-oġġezzjonijiet motivati. L-Istati Membri tad-destinazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar deċiżjonijiet jew il-leġislazzjoni nazzjonali li fuqhom jistgħu jkunu bbażati l-oġġezzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (e), u għandhom jiddikjaraw għal liema skart u operazzjonijiet ta’ rkupru japplikaw dawk l-oġġezzjonijiet, qabel ma tali deċiżjonijiet jew leġislazzjoni nazzjonali jiġu invokati bħala raġunijiet għall-oġġezzjonijiet motivati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|