+Artikolu 17 Bidliet wara l-kunsens
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
|
Artikolu 17 Bidliet wara l-kunsens
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Jekk issir kwalunkwe bidla essenzjali fid-dettalji jew fil-kundizzjonijiet tal-kunsens li jkun ingħata l-kunsens, in-notifikatur għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lid-destinatarju minnufih u, meta possibbli, qabel jibda vjeġġ. Bidliet essenzjali għandhom jitqiesu, fost l-oħrajn, il-bidliet imqabbla ma’ dawk indikati fin-notifika fil-kwantità ta’ skart, fir-rotta magħżula, inklużi rotot magħżula alternattivi possibbli, id-data jew id-dati tal-vjeġġ jew it-trasportatur jew it-trasportaturi, jew bidliet fid-durata tal-vjeġġ, minħabba ċirkostanzi mhux previsti li jokkorru wara l-bidu tal-vjeġġ, li jwasslu biex vjeġġ jaqbeż il-perjodu ta’ validità tiegħu.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Fil-każ ta’ bidla essenzjali kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha ma jqisux li ebda notifika ġdida mhija meħtieġa u n-notifikatur għandu jiġi infurmat dwarha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lin-notifikatur mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievu l-informazzjoni skont il-paragrafu 1. Vjeġġ ippjanat ma għandux iseħħ qabel ma n-notifikatur ikun ġie infurmat mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Meta vjeġġ ikun diġà beda, in-notifikatur għandu jiżgura li l-konsenja titwaqqaf mill-aktar fis possibbli sa ma n-notifikatur jiġi infurmat mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jekk hijiex meħtieġa notifika ġdida.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Meta l-bidliet essenzjali msemmija fil-paragrafu 1 jinvolvu awtoritajiet kompetenti għajr dawk ikkonċernati fin-notifika oriġinali, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|