+Artikolu 23 Teħid lura meta vjeġġ soġġett għal rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali ma jkunx jista’ jiġi komplut kif intenzjonat
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.

Artikolu 23 Teħid lura meta vjeġġ soġġett għal rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali ma jkunx jista’ jiġi komplut kif intenzjonat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
Meta vjeġġ ta’ skart imsemmi fl-Artikolu 4(4) jew (5), jew l-irkupru tiegħu, ma jkunx jista’ jiġi komplut kif intenzjonat, f’konformità mad-dokument tal-Anness VII jew il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 18(10), u meta tali vjeġġ ma jkunx vjeġġ illegali, il-persuna li tkun organizzat il-vjeġġ f’konformità mal-Artikolu 18 għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti dwar id-dispaċċ tiegħu. F’tali każijiet, il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew id-destinatarju, skont l-obbligi tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 18(10), għandhom jieħdu l-iskart lura lejn il-pajjiż tad-dispaċċ jew jiżguraw l-irkupru tiegħu b’mod alternattiv fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew xi mkien ieħor, u jiżguraw, jekk ikun meħtieġ, li jsiru arranġamenti għall-ħżin sikur tal-iskart sa ma jiġi rritornat jew sal-irkupru mhux interim jew ir-rimi mhux interim tiegħu b’mod alternattiv.

It-teħid lura jew l-irkupru tal-iskart b’mod alternattiv għandu jseħħ fi żmien 90 jum jew kwalunkwe perjodu ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, wara d-data li fiha l-persuna li torganizza l-vjeġġ tkun infurmat lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ f’konformità mal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 23 2.
F’każijiet ta’ arranġamenti alternattivi kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew id-destinatarju, kif rilevanti, għandhom jiżguraw li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent u f’konformità mal-Artikolu 59.
Artikolu 23 3.
F’każijiet ta’ teħid lura jew ta’ arranġamenti alternattivi barra mill-pajjiż tad-destinazzjoni inizjali, kif imsemmi fil-paragrafu 1, informazzjoni rilevanti fid-dokument tal-Anness VII għandha tiġi kompluta u sottomessa mill-persuna li tkun organizzat il-vjeġġ inizjalment, f’konformità mal-Artikolu 18. Meta l-vjeġġ għat-teħid lura jew destinat għal arranġamenti alternattivi jkun soġġett għall-Artikolu 4(1), (2) jew (3), l-Artikolu 22 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 23 4.
Meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf li vjeġġ tal-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(4) jew (5), jew l-irkupru tiegħu, ma jkunx ġie komplut kif intenzjonat u li l-obbligi li l-iskart jittieħed lura jew li jiġi organizzat l-irkupru alternattiv tiegħu f’konformità mal-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li l-persuna li tkun organizzat il-vjeġġ tieħu l-iskart lura jew torganizza l-irkupru tiegħu b’mod alternattiv u tiżgura, jekk ikun meħtieġ, li jsiru arranġamenti għall-ħżin sikur tal-iskart sa ma jiġi rritornat jew sal-irkupru mhux interim jew ir-rimi mhux interim tiegħu b’mod alternattiv. Meta ma jkunx prattikabbli għall-persuna li tkun organizzat il-vjeġġ li tissodisfa l-obbligi ta’ teħid lura, dawk l-obbligi għandhom jiġu ssodisfati minn persuna meqjusa bħala l-persuna li torganizza l-vjeġġ f’konformità mal-paragrafu 5 jew 6, meta rilevanti.
Artikolu 23 5.
Meta l-persuna li tirranġa l-vjeġġ speċifikat fl-Artikolu 3, il-punti 7a)(iv), tonqos milli tissodisfa kwalunkwe obbligu ta’ teħid lura stabbilit f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 24, il-produttur oriġinali tal-iskart, il-produttur il-ġdid tal-iskart jew il-kollettur speċifikat fl-Artikolu 3, fil-punti (7)(a)(i), (ii) jew (iii), rispettivament, li awtorizza lin-negozjant jew lis-sensar biex jaġixxi f’ismu għandu jitqies li huwa l-persuna li torganizza l-vjeġġ għall-fini ta’ dawk l-obbligi ta’ teħid lura.
Artikolu 23 6.
Meta l-persuna li torganizza l-vjeġġ speċifikat fl-Artikolu 3, il-punt (7)(i), (ii) jew (iii), tonqos milli twettaq kwalunkwe obbligu ta’ teħid lura stabbilit f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 24, id-detentur tal-iskart speċifikat fl-Artikolu 3, il-punti (7)(v), għandu jitqies li huwa l-persuna li torganizza l-vjeġġ għall-fini ta’ dawk l-obbligi ta’ teħid lura.
Artikolu 23 7.
Meta ma jkunx prattikabbli għall-persuna li torganizza l-vjeġġ jew persuna meqjusa responsabbli f’konformità mal-paragrafu 5 jew 6 li tissodisfa l-obbligi ta’ teħid lura stabbiliti fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew persuna fiżika jew ġuridika f’isimha għandhom jitqiesu responsabbli għall-obbligi skont dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.