+Artikolu 29 Kwistjonijiet ta’ klassifikazzjoni
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
|
Artikolu 29 Kwistjonijiet ta’ klassifikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
Meta jiddeċiedu jekk oġġett jew sustanza, li jirriżultaw minn proċess ta’ produzzjoni li l-għan primarju tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta’ dak l-oġġett jew dik is-sustanza, għandhomx jitqiesu bħala skart, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/98/KE. Meta jiddeċiedu jekk l-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta’ riċiklaġġ jew irkupru ieħor iridx jitqies li ma għadux skart, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE. Meta jiddeċiedu jekk oġġett jew sustanza jridux jitqiesu bħala oġġett użat u mhux bħala skart, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-użu ulterjuri jew l-użu mill-ġdid tal-oġġett jew tas-sustanza huwa ċert;
(b)
l-oġġett jew is-sustanza jistgħu jissodisfaw il-funzjoni maħsuba tagħhom mingħajr ipproċessar minn qabel sinifikanti;
(c)
meta rilevanti, l-oġġett jew is-sustanza jiġu ttestjati biex tiġi żgurata l-funzjonalità sħiħa tagħhom;
(d)
l-użu ulterjuri huwa skont il-liġi, jiġifieri l-oġġett jew is-sustanza jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha b’rabta mal-prodott, mal-ħarsien tal-ambjent u mas-saħħa għall-użu speċifiku u mhumiex se jwasslu għal impatti ġenerali avversi fuq l-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem;
(e)
l-oġġett jew is-sustanza huma preservati u protetti kif xieraq mill-ħsara matul it-trasport, it-tagħbien u l-ħatt.
Id-dispożizzjonijiet fit-tielet subparagrafu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(2) u għall-Anness VI tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
) u l-Artikolu 72(2) u l-Anness XIV tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
).
|
|
Artikolu 29 2.
|
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jistgħux jaqblu fuq il-klassifikazzjoni fir-rigward tad-distinzjoni bejn dak li huwa skart u dak li mhuwiex skart, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1, u kwalunkwe kundizzjoni jew deċiżjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni jew mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5 jew 6 tad-Direttiva 2008/98/KE, l-oġġett jew is-sustanza għandhom jiġu ttrattati daqslikieku kienu skart għall-fini tal-vjeġġ. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-pajjiż tad-destinazzjoni li jittratta l-materjal ittrasportat f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, wara l-wasla tal-materjal ittrasportat u meta tali leġiżlazzjoni tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni jew mad-dritt internazzjonali.
|
|
Artikolu 29 3.
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi kriterji dettaljati għall-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi li għalihom id-distinzjoni bejn merkanzija użata u skart hija ta’ importanza partikolari għall-esportazzjoni ta’ skart mill-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(2).
|
|
Artikolu 29 4.
|
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-klassifikazzjoni ta’ skart destinat għall-irkupru bħala skart li huwa elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV, jew li mhuwiex elenkat f’xi wieħed minn dawk l-Annessi, il-vjeġġ ta’ dak l-iskart għandu jkun soġġett għall-Artikolu 4(2).
|
|
Artikolu 29 5.
|
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-klassifikazzjoni tal-operazzjoni ta’ trattament ta’ skart bħala waħda ta’ rkupru jew ta’ rimi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament rigward ir-rimi.
|
|
Artikolu 29 6.
|
Sabiex tiġi ffaċilitata l-klassifikazzjoni armonizzata tal-iskart elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kriterji, bħal livelli ta’ limitu ta’ kontaminazzjoni, li abbażi tagħhom ċertu skart għandu jiġi kklassifikat fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV.
|
|
Artikolu 29 7.
|
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-klassifikazzjoni tal-operazzjoni tat-trattament tal-iskart bħala operazzjoni interim jew mhux interim, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament rigward operazzjonijiet interim.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|