+Artikolu 38 Proċeduri għall-esportazzjonijiet ta’ skart destinat għar-rimi lejn pajjiżi tal-EFTA
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
---+Artikolu 38 6.
|
Artikolu 38 Proċeduri għall-esportazzjonijiet ta’ skart destinat għar-rimi lejn pajjiżi tal-EFTA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
Meta jiġi esportat skart mill-Unjoni lejn pajjiż tal-EFTA li jkun Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basilea u jkun destinat għar-rimi f’dak il-pajjiż, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-adattamenti u bid-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
|
|
Artikolu 38 2.
|
L-adattamenti li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)
in-notifikatur għandu jissottometti f’konformità mal-Artikolu 27 in-notifika u kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali mitluba, u fl-istess ħin, jipprovdi tali notifika u informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali bil-posta, jew jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3); meta tintuża email b’firma diġitali, kwalunkwe timbru jew firma meħtieġa għandhom jiġu sostitwiti bil-firma diġitali;
(b)
in-notifikatur għandu jipprovdi, annessa mad-dokument ta’ notifika, evidenza dokumentarja li awditu kif imsemmi fl-Artikolu 46(3) twettaq fil-faċilità li l-iskart ikun qed jiġi esportat lejha, dment li ma tkunx tapplika l-eżenzjoni fl-Artikolu 46(11);
(c)
l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni bi kwalunkwe talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni min-naħa tagħhom u bid-deċiżjoni u bil-kundizzjonijiet tagħhom, jekk ikun hemm, rigward il-vjeġġ ippjanat, bil-posta, jew jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, sakemm dawk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);
(d)
l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni skont l-Artikoli 7, 8, 16 u 17 għandha tiġi pprovduta bil-posta, jew jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);
(e)
in-notifikatur għandu jiżgura li l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-faċilità skont l-Artikolu 15(3) sa (5) u l-Artikolu 16(5) u (6) tiġi inkluża f’sistema msemmija fl-Artikolu 27, sakemm dawk il-faċilitajiet ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);
(f)
kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni għandu jkollha 60 jum mid-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost biex tipprovdi kunsens taċitu, jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basilea f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, jew tagħti kunsens bil-miktub b’xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom;
(g)
l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni għandha tieħu d-deċiżjoni li tagħti kunsens għall-vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 biss wara li tkun irċeviet kunsens bil-miktub mingħand l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u, meta jkun xieraq, il-kunsens taċitu jew bil-miktub ta’ awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni u mhux qabel 61 jum wara d-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost minn awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni, sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma jkollhiex il-kunsens bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra, u f’dak il-każ tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9 qabel dak il-limitu ta’ żmien.
|
|
Artikolu 38 3.
|
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)
kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandha tipprovdi lin-notifikatur konferma li rċeviet in-notifika kompluta kif suppost u kopji lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati meta ma jkollhom l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27;
(b)
l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u, kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ bid-deċiżjonijiet tagħhom li jagħtu l-kunsens tagħhom għall-vjeġġ;
(c)
għandha tiġi pprovduta kopja tad-dokument ta’ moviment mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ bil-posta, jew, jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, jew, meta l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u l-uffiċju doganali tal-ħruġ ikollhom aċċess għaliha, permezz tas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);
(d)
malli l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni;
(e)
meta, 42 jum wara li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni ma tkun irċeviet l-ebda informazzjoni mill-faċilità dwar ir-riċeviment tal-iskart, din għandha tinforma b’dan mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 27 jew f’konformità mal-Artikolu 72;
(f)
il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jkun fih it-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
meta faċilità toħroġ ċertifikat tar-rimi mhux korrett bil-konsegwenza li tiġi rilaxxata l-garanzija finanzjarja, id-destinatarju għandu jħallas l-ispejjeż li jinħolqu mid-dmir li jirritorna l-iskart lejn iż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tal-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u mill-irkupru jew mir-rimi tiegħu b’mod alternattiv u li jħares l-ambjent;
(ii)
il-faċilità għandha, fi żmien tlett ijiem minn meta tirċievi l-iskart għar-rimi, tibgħat kopji ffirmati tad-dokument ta’ moviment komplut, għajr għaċ-ċertifikat tar-rimi msemmi fil-punt (iii), lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;
(iii)
il-faċilità għandha, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara li jiġi kkompletat ir-rimi u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sena waħda wara li tirċievi l-iskart taħt ir-responsabbiltà tagħha, tiċċertifika li r-rimi ġie kkompletat u għandha tibgħat kopji ffirmati tad-dokument ta’ moviment li jkun fih dik iċ-ċertifikazzjoni lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;
(g)
in-notifikatur għandu, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-kopji msemmija fil-punt (f)(ii) u (f)(iii), jagħmel l-informazzjoni li tinsab f’dawk il-kopji disponibbli b’mod elettroniku f’konformità mal-Artikolu 27.
|
|
Artikolu 38 4.
|
Il-vjeġġ jista’ jseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, fejn applikabbli, tat-tranżitu barra mill-Unjoni u jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk il-kunsensi jew l-annessi tagħhom;
(b)
tiġi żgurata ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 59.
|
|
Artikolu 38 5.
|
Meta l-iskart jiġi esportat, dan għandu jkun destinat għal operazzjonijiet ta’ rimi f’faċilità li, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, tkun qed topera jew hija awtorizzata biex topera fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
|
|
Artikolu 38 6.
|
Meta uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jew uffiċċju doganali tal-ħruġ jiskopri vjeġġ illegali, dan għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-uffiċċju doganali tiegħu. Dik l-awtorità kompetenti għandha:
(a)
tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni dwar il-vjeġġ illegali;
(b)
tiżgura ż-żamma tal-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tkun iddeċidiet mod ieħor u tkun ikkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-uffiċċju doganali li fih jinżamm l-iskart; u
(c)
mingħajr dewmien, tikkomunika d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tad-dispaċċ imsemmija fil-punt (b) lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jew lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ li jkun skopra l-vjeġġ illegali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|