+Artikolu 40 Projbizzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
|
Artikolu 40 Projbizzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1.
|
L-esportazzjonijiet mill-Unjoni tal-iskart li ġej li huwa destinat għall-irkupru f’pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD għandhom jiġu pprojbiti:
(a)
skart mhux perikoluż elenkat fl-Anness III jew fl-Anness IIIB u taħlitiet ta’ skart mhux perikoluż elenkat fl-Anness IIIA;
(b)
skart mhux perikoluż u taħlitiet ta’ skart mhux perikoluż inklużi fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE, meta ma jkunx diġà elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA jew fl-Anness IIIB;
(c)
skart mhux perikoluż u taħlitiet ta’ skart mhux perikoluż mhux ikklassifikati taħt entrata waħda unika fl-Anness III, fl-Anness IIIA jew fl-Anness IIIB jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(d)
skart mhux perikoluż ikklassifikat taħt l-entrata AB130, AC250, AC260 jew AC270.
|
|
Artikolu 40 2.
|
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-esportazzjonijiet ta’ skart jew taħlitiet ta’ skart destinat għall-irkupru lejn pajjiż inkluż fil-lista ta’ pajjiżi stabbilita f’konformità mal-Artikolu 41, għall-iskart mhux perikoluż u għat-taħlitiet ta’ skart mhux perikoluż speċifikati f’dik il-lista. Tali esportazzjoni tista’ ssir biss bil-kundizzjoni li l-iskart ikun:
(a)
destinat għal faċilità liċenzjata skont il-leġiżlazzjoni domestika tal-pajjiż ikkonċernat biex twettaq operazzjonijiet ta’ rkupru għal dak l-iskart;
(b)
mhux destinat għal operazzjonijiet interim, dment li l-operazzjonijiet ta’ rkupru sussegwenti mhux interim jew interim ma jsirux fl-istess pajjiż tad-destinazzjoni jew f’pajjiżi oħra li għalihom l-iskart relatat ikun inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 41.
|
|
Artikolu 40 3.
|
L-esportazzjonijiet permessi f’konformità mal-paragrafu 2 għandhom:
(a)
għall-iskart elenkat fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basilea, għajr dak ikklassifikat taħt l-entrata B3011, ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 18 jew, meta l-pajjiż ikkonċernat jindika hekk fit-talba msemmija fl-Artikolu 42, il-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel;
(b)
għall-iskart ikklassifikat taħt l-entrata B3011, ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel;
(c)
għall-iskart mhux perikoluż u t-taħlitiet ta’ skart mhux perikoluż mhux elenkati fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basilea, ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel.
|
|
Artikolu 40 4.
|
Fil-każ ta’ esportazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis. Meta tali esportazzjonijiet ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 18, il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tiżgura li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-faċilità skont l-Artikolu 18(8) u (9) tiġi sottomessa permezz ta’ sistema msemmija fl-Artikolu 27, sakemm il-faċilità ma tkunx konnessa ma’ sistema msemmija fl-Artikolu 27. Meta tali esportazzjonijiet ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 38 għandhom japplikaw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)
l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 14 ma għandhomx japplikaw;
(b)
meta t-tneħħija mil-lista msemmija fl-Artikolu 41 ta’ pajjiż jew ta’ ċertu skart jew taħlitiet ta’ skart tkun daħlet fis-seħħ, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tirtira l-kunsens tagħha bil-miktub għal kwalunkwe notifika relatata ma’ tali pajjiż jew ma’ tali skart jew taħlitiet ta’ skart.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|