+Artikolu 41 2.

Artikolu 41 2.

Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem tal-pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż u taħlitiet ta’ skart mhux perikoluż mill-Unjoni għall-irkupru;

(b) 

l-iskart speċifiku mhux perikoluż u t-taħlitiet speċifiċi ta’ skart mhux perikoluż li jkunu awtorizzati għall-esportazzjoni mill-Unjoni lejn kull pajjiż imsemmi fil-punt (a);

(c) 

informazzjoni, bħal indirizz tal-Internet, li tippermetti l-aċċess għal lista ta’ faċilitajiet li jkunu liċenzjati skont il-leġiżlazzjoni domestika ta’ kull pajjiż imsemmi fil-punt (a) biex jitwettaq l-irkupru tal-iskart u tat-taħlitiet ta’ skart imsemmija fil-punt (b);

(d) 

informazzjoni dwar il-proċedura ta’ kontroll speċifika, jekk ikun hemm, li tapplika skont il-leġiżlazzjoni domestika ta’ kull pajjiż imsemmi fil-punt (a) għall-importazzjoni tal-iskart imsemmi fil-punt (b), inkluża indikazzjoni dwar jekk l-importazzjoni ta’ skart elenkat fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basilea hijiex soġġetta għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel imsemmija fl-Artikolu 38.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.