+Artikolu 45 Monitoraġġ tal-esportazzjoni u proċedura ta’ salvagwardja
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 6.

Artikolu 45 Monitoraġġ tal-esportazzjoni u proċedura ta’ salvagwardja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45 1.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-esportazzjonijiet ta’ skart mill-Unjoni lejn pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, bil-ħsieb li jiġi żgurat li tali esportazzjonijiet ma jwasslux għal dannu serju sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew li l-iskart importat mill-Unjoni ma jintbagħatx lejn pajjiżi terzi. Bħala parti mill-monitoraġġ tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu akkumpanjati minn informazzjoni u data rilevanti li turi li l-immaniġġjar tal-iskart esportat mill-Unjoni ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ ġestjoni li tħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59 f’pajjiż terz li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, jew li tali esportazzjonijiet jikkawżaw effetti negattivi sostanzjali fuq l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat f’dak il-pajjiż.
Artikolu 45 2.

F’każijiet fejn:

(a) 

ma hemmx biżżejjed evidenza disponibbli li turi li pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD għandu l-kapaċità li jirkupra ċertu skart b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59, inkluż minħabba l-esportazzjoni ta’ tali skart mill-Unjoni lill-pajjiż ikkonċernat, jew

(b) 

meta jkun hemm evidenza li l-pajjiż ikkonċernat jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 59 għal dan l-iskart, jew

(c) 

ikun hemm evidenza li hemm effetti negattivi sostanzjali fuq l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat f’dak il-pajjiż minħabba l-esportazzjoni tal-iskart mill-Unjoni,

il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat biex jipprovdu, fi żmien 60 jum, informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li taħthom jiġi rkuprat l-iskart inkwistjoni, l-effett tal-esportazzjoni tal-iskart mill-Unjoni fuq l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat f’dak il-pajjiż u l-kapaċità tal-pajjiż ikkonċernat li jimmaniġġja l-iskart inkwistjoni b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59. Il-Kummissjoni tista’ tagħti estensjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien jekk il-pajjiż ikkonċernat jagħmel talba motivata għall-estensjoni tiegħu.

Artikolu 45 3.

It-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollha l-għan li tivverifika li l-pajjiż ikkonċernat:

(a) 

ikun stabbilixxa u implimenta qafas legali adegwat għall-importazzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart ikkonċernat, kemm l-iskart importat kif ukoll l-iskart iġġenerat fil-pajjiż, b’mod li jħares l-ambjent, kif ukoll miżuri adegwati biex tiġi żgurata l-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat;

(b) 

ikun stabbilixxa rappurtar separat dwar il-kwantità ta’ skart iġġenerat fil-pajjiż ikkonċernat u tal-iskart importat f’dak il-pajjiż;

(c) 

ikollu kapaċità suffiċjenti fit-territorju tiegħu li tippermetti li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent, filwaqt li jqis il-volum ta’ skart importat fit-territorju tiegħu;

(d) 

ikun stabbilixxa strateġija adegwata, inklużi miżuri biex jiżgura li l-importazzjoni tal-iskart ikkonċernat ma jkollha ebda effett negattiv sostanzjali fuq il-ġbir u l-immaniġġjar tal-i ►C1  skart iġġenerat nazzjonalment ◄ ;

(e) 

ikun stabbilixxa u implimenta miżuri ta’ infurzar adegwati biex jiżgura li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent u jindirizza vjeġġi jew trattament illegali possibbli ta’ tali skart;

(f) 

fil-każ tal-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik, ikun qed jimplimenta rekwiżiti mfassla biex jiżguraw li l-iskart tal-plastik jiġi riċiklat b’mod li jħares l-ambjent u li l-iskart residwu ġġenerat permezz tal-proċess tar-riċiklaġġ jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent, inkluż permezz ta’ projbizzjoni tal-ħruq fil-miftuħ jew tar-rimi ta’ tali skart. Barra minn hekk, it-talba għandu jkollha l-għan li tivverifika li jiġu implimentati miżuri biex jiġi evitat li l-importazzjoni ta’ skart tal-plastik mill-Unjoni timmina l-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-i ►C1  skart ◄ tal-plastik ►C1  iġġenerat nazzjonalment ◄ kif ukoll li ttieħdu miżuri għall-prevenzjoni tal-vjeġġi ta’ skart tal-plastik importat lejn pajjiżi oħra. Għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni li turi li l-infurzar u l-ispezzjonijiet speċifiċi tal-vjeġġi tal-iskart tal-plastik u tal-faċilitajiet li jimmaniġġjaw tali skart jitwettqu f’intervalli regolari biex jiġu implimentati dawk ir-rekwiżiti u jiġi mtaffi t-tniġġis fl-arja, fil-ħamrija, fl-ilma jew fl-ambjent tal-baħar b’rabta mal-immaniġġjar ħażin tal-iskart tal-plastik.

Artikolu 45 4.
Għall-fini tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, meta jkun rilevanti, għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.
Artikolu 45 5.
Il-Kummissjoni għandha teżerċita skrutinju speċifiku fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-iskart tal-plastik lejn pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD. Il-Kummissjoni, sal-21 ta’ Mejju 2026, għandha tivvaluta jekk il-pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD u li jimportaw volumi sinifikanti ta’ skart tal-plastik mill-Unjoni jikkonformawx ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 45 6.
Meta, wara t-talba msemmija fil-paragrafu 2, il-pajjiż ikkonċernat ma jipprovdix biżżejjed evidenza kif imsemmi fil-paragrafu 3 li l-iskart ikkonċernat huwa mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 59, jew li ma jkun hemm ebda effett negattiv sostanzjali fuq l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat f’dak il-pajjiż bħala konsegwenza tal-iskart esportat mill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tipprojbixxi l-esportazzjoni tal-iskart ikkonċernat lejn dan il-pajjiż.

Projbizzjoni għandha titneħħa biss mill-Kummissjoni meta din ikollha biżżejjed evidenza li l-iskart ikkonċernat se jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent u li ma jkun hemm ebda effett negattiv sostanzjali fuq l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat f’dak il-pajjiż bħala konsegwenza tal-iskart esportat mill-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.