+Artikolu 51 3.

Artikolu 51 3.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni, jekk ikun meħtieġ, tista’ tirrikjedi garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti, jew garanzija finanzjarja addizzjonali jew assigurazzjoni ekwivalenti, wara li tkun eżaminat mill-ġdid l-ammont ta’ kopertura ta’ kwalunkwe garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti stabbilita min-notifikatur;

(b) 

awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandha tipprovdi konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost lin-notifikatur, flimkien ma’ kopji lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati f’każ li ma jkollhomx aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27;

(c) 

l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-uffiċċju doganali tad-dħul bid-deċiżjonijiet tagħhom ta’ kunsens għall-vjeġġ;

(d) 

għandha tiġi kkonsenjata kopja tad-dokument ta’ moviment mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali tad-dħul bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali jew, meta l-uffiċċju doganali tad-dħul ikollu aċċess għaliha, permezz tas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3); u

(e) 

malli l-iskart ikun ġie rrilaxxat għal proċedura doganali mill-awtoritajiet doganali fid-dħul, l-uffiċċju doganali tad-dħul għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni li l-iskart ikun daħal fl-Unjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.