+Artikolu 57 Tranżitu tramite l-Unjoni ta’ skart destinat għar-rimi

Artikolu 57 Tranżitu tramite l-Unjoni ta’ skart destinat għar-rimi

Artikolu 57

Tranżitu tramite l-Unjoni ta’ skart destinat għar-rimi

Meta l-iskart destinat għar-rimi jiġi ttrasportat tramite Stati Membri minn u lejn pajjiżi terzi, l-Artikolu 51 għandu japplika mutatis mutandis, bl-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

l-ewwel u l-aħħar awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandha, meta jkun xieraq, tinforma lill-uffiċċju doganali tad-dħul u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ bid-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom li jagħtu kunsens għall-vjeġġ jew, jekk ikunu pprovdew kunsens taċitu, bil-konferma f’konformità mal-Artikolu 51(3), il-punt (b);

(b) 

l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu, malli l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, jinforma lill-awtorità/awtoritajiet kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni;

(c) 

awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni, jekk ikun meħtieġ, tista’ tirrikjedi garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti, jew garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti addizzjonali, wara li tkun eżaminat mill-ġdid l-ammont ta’ kopertura ta’ kwalunkwe garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti stabbilita min-notifikatur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.