+Artikolu 68 Spezzjonijiet mill-Kummissjoni
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
---+Artikolu 68 4.
---+Artikolu 68 5.
---+Artikolu 68 6.
---+Artikolu 68 7.
---+Artikolu 68 8.
---+Artikolu 68 9.
|
Artikolu 68 Spezzjonijiet mill-Kummissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 68 1.
|
Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 67, tista’ twettaq spezzjonijiet ta’ vjeġġi skont l-Artikolu 60(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 68 2.
|
Il-Kummissjoni għandha twettaq spezzjoni biss meta jkun hemm suspett suffiċjenti ta’ vjeġġ illegali ta’ skart.
|
|
Artikolu 68 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tħejji u twettaq spezzjonijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju ta’ informazzjoni u l-iskambju ta’ fehmiet dwar l-ippjanar tal-ispezzjonijiet u l-passi li se jittieħdu. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe spezzjoni, proċediment ta’ prosekuzzjoni, legali jew amministrattiv li jkun għaddej mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tavża 15-il jum minn qabel dwar l-għan, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-ispezzjonijiet lill-persunal permanenti responsabbli għall-kooperazzjoni jew il-punti fokali msemmija fl-Artikolu 65(2) fl-Istat Membru kkonċernat li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni, sabiex l-awtoritajiet rilevanti jkunu jistgħu jipprovdu l-assistenza meħtieġa. Għal dak l-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet. F’każijiet urġenti, jekk ma jkunx possibbli li jiġi rrispettat l-avviż ta’ 15-il jum, il-Kummissjoni għandha tagħti avviż fl-ewwel mument utli. Barra minn hekk, fuq talba tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat, l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet rilevanti ta’ dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 68 4.
|
Il-persunal u persuni oħra li jakkumpanjawhom li jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu spezzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni.
|
|
Artikolu 68 5.
|
Il-persunal tal-Kummissjoni li jwettaq spezzjoni għandu jkollu s-setgħa li:
(a)
ikollu aċċess għal kwalunkwe bini, art u mezz ta’ trasport tan-notifikatur, tal-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart;
(b)
jeżamina kwalunkwe dokument rilevanti relatat mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna, u jieħu jew jikseb fi kwalunkwe forma kopji ta’ tali dokumenti jew siltiet minnhom;
(c)
jistaqsi lin-notifikatur, lill-persuna li torganizza l-vjeġġ, lill-produttur tal-iskart, lid-detentur tal-iskart, lit-trasportatur, lid-destinatarju jew lill-faċilità li tirċievi l-iskart għal spjegazzjonijiet dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet u biex jirreġistra t-tweġibiet;
(d)
jieħu u jirreġistra dikjarazzjonijiet min-notifikatur, mill-persuna li torganizza l-vjeġġ, mill-produttur tal-iskart, mid-detentur tal-iskart, mit-trasportatur, mid-destinatarju jew mill-faċilità li tirċievi l-iskart relatati mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet;
(e)
jikkontrolla l-iskart fiżikament u jieħu kampjuni tal-iskart għat-testijiet fil-laboratorju, meta jkun xieraq.
|
|
Artikolu 68 6.
|
In-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju u l-faċilità li tirċievi l-iskart għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni matul l-ispezzjonijiet tagħha.
|
|
Artikolu 68 7.
|
L-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fl-ispezzjonijiet dwar il-vjeġġi ta’ skart li fit-territorju tagħhom għandha titwettaq l-ispezzjoni tal-Kummissjoni għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jipprovdu l-assistenza meħtieġa lill-persunal tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 68 8.
|
In-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju u l-faċilità li tirċievi l-iskart huma meħtieġa jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 68 9.
|
Meta l-Kummissjoni ssib li n-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart jopponu spezzjoni, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-assistenza meħtieġa, filwaqt li jitolbu meta jkun xieraq l-assistenza tal-awtoritajiet ta’ infurzar, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-ispezzjoni tagħha. Jekk tali assistenza teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|