+Artikolu 69 Talbiet għall-informazzjoni
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.
---+Artikolu 69 5.

Artikolu 69 Talbiet għall-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 69 1.
Il-Kummissjoni tista’ tintervista kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata bl-iskop li tinġabar l-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mal-vjeġġi ta’ skart rilevanti.
Artikolu 69 2.
Meta tali intervista ssir fil-bini ta’ stabbiliment, impriża, sensar jew negozjant, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-persunal permanenti reponsabbli għall-kooperazzjoni jew il-punti fokali msemmija fl-Artikolu 65(2) fl-Istat Membru kkonċernat li fit-territorju tiegħu ssir l-intervista. Jekk jintalab hekk mill-awtorità ta’ dak l-Istat Membru, l-uffiċjali tiegħu jistgħu jassistu lill-persunal tal-Kummissjoni biex issir l-intervista.

L-istedina għal intervista għandha tintbagħat lill-persuna inkwistjoni b’avviż ta’ mill-inqas 10 ijiem tax-xogħol. Dak il-perjodu ta’ avviż jista’ jitqassar bil-kunsens espliċitu tal-persuna kkonċernata jew għal raġunijiet debitament motivati ta’ urġenza tal-ispezzjoni.

Fl-aħħar każ, il-perjodu ta’ avviż ma għandux ikun anqas minn 24 siegħa. L-istedina għandha tinkludi lista tad-drittijiet tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari id-dritt li tiġi assistita minn persuna tal-għażla tagħha.

Artikolu 69 3.
Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jkunu responsabbli għal stabbiliment jew impriża, jew kwalunkwe sensar u negozjant biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mal-vjeġġi ta’ skart rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-bażi ġuridika u l-iskop tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tiffissa l-limitu ta’ żmien li fih l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta.
Artikolu 69 4.
Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tagħmel disponibbli t-talba lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab is-sede tal-istabbiliment, l-impriża, is-sensar jew in-negozjant u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li t-territorju tiegħu jkun affettwat.
Artikolu 69 5.
Meta l-istabbiliment, l-impriża, is-sensar jew in-negozjant ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba, jew il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni li tkun irċeviet ma tkunx biżżejjed biex tintlaħaq konklużjoni, it-tieni sentenza tal-Artikolu 61(6) għandha tapplika, mutatis mutandis.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.