+Artikolu 70 Garanziji proċedurali
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.

Artikolu 70 Garanziji proċedurali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70 1.
Il-Kummissjoni għandha twettaq spezzjonijiet u titlob informazzjoni f’konformità mal-garanziji proċedurali tan-notifikatur, tal-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 70 2.

In-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart għandu jkollhom:

(a) 

id-dritt li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet awtoinkriminanti;

(b) 

id-dritt li jkunu assistiti minn persuna tal-għażla tagħhom;

(c) 

id-dritt li jużaw kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni;

(d) 

id-dritt li jikkummentaw dwar il-fatti li jikkonċernawhom, ladarba l-ispezzjoni tkun tlestiet u qabel l-adozzjoni ta’ rapport skont l-Artikolu 67(4). L-istedina biex jitressqu kummenti għandha tinkludi sommarju tal-fatti li jikkonċernaw il-persuna inkwistjoni u għandha tindika limitu ta’ żmien adegwat għas-sottomissjoni tal-kummenti. F’każijiet debitament ġustifikati meta jkun meħtieġ biex titħares il-kunfidenzjalità tal-ispezzjoni jew ta’ investigazzjoni amministrattiva jew kriminali li tkun għaddejja jew futura minn awtorità nazzjonali, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiddifferixxi l-istedina biex jitressqu kummenti;

(e) 

id-dritt li jirċievu kopja tar-reġistrazzjoni tal-intervista u japprovawha jew iżidu xi osservazzjonijiet;

(f) 

meta l-Kummissjoni tkun għamlet rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji skont l-Artikolu 67(4), u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ kunfidenzjalità tal-informaturi u tal-kollaboraturi, u f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, il-persuna inkwistjoni tista’ titlob lill-Kummissjoni tipprovdi r-rapport imfassal skont l-Artikolu 67(4) sa fejn dan ikun relatat ma’ dik il-persuna. Il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess biss bil-kunsens espliċitu tar-riċevituri kollha tar-rapport.

Il-Kummissjoni għandha tfittex evidenza favur u kontra n-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart, u twettaq spezzjonijiet u titlob informazzjoni b’mod oġġettiv u imparzjali u f’konformità mal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza.

Artikolu 70 3.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kunfidenzjalità tal-ispezzjonijiet, tal-intervista u tat-talba mwettqa skont din it-taqsima. L-informazzjoni trażmessa jew miksuba matul l-ispezzjonijiet, l-intervista u t-talbiet skont din it-taqsima għandhom ikunu soġġetti għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.