+ANNESS II INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA

ANNESS II INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA




ANNESS II

INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA

Parti 1: Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta jiġi sottomess id-dokument ta’ notifika:

1. 

In-numru tas-serje jew identifikatur ieħor aċċettat tad-dokument tan-notifika u n-numru totali previst ta’ vjeġġi.

F’każ li n-notifikatur ikun kiseb il-kunsens(i) preċedentement għall-vjeġġ tal-istess tipi ta’ skart lejn l-istess faċilità, tista’ ssir referenza għan-numru tas-serje jew identifikatur ieħor aċċettat tad-dokument ta’ notifika ta’ dawn il-vjeġġi li jkunu ingħataw il-kunsens preċedentement.

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9(2a), f’każ li n-notifikatur ikun preċedentement kiseb il-kunsens(i) għall-vjeġġ tal-istess tipi ta’ skart mill-istess post fil-pajjiż tad-dispaċċ lill-istess destinatarju u l-istess faċilità u meta l-pajjiżi tat-tranżitu, jekk ikun hemm, ikunu l-istess, in-notifikatur għandu jindika n-numru tas-serje jew identifikatur aċċettat ieħor tad-dokument ta’ notifika ta’ dawn il-vjeġġi li għalihom ikun preċedentement kiseb il-kunsens. Barra minn hekk, bidliet fid-dettalji ta’ notifika ġdida meta mqabbla ma’ tali vjeġġ li jkun preċedentement ingħata l-kunsens għandhom jiġu indikati fin-notifika.

2. 

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-persuna ta’ kuntatt tan-notifikatur.

3. 

Jekk in-notifikatur mhuwiex il-produttur oriġinali tal-iskart jew il-produttur il-ġdid jew il-kollettur tal-iskart: l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email u l-persuna ta’ kuntatt tal-produttur(i) oriġinali tal-iskart jew tal-produttur(i) il-ġdid/ġodda jew tal-kolletturi tal-iskart jew tad-detenturi tal-iskart.

4. 

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email u l-persuna ta’ kuntatt tan-negozjant(i) jew tas-sensar(a), fejn in-notifikatur ikun ta l-awtorizzazzjoni tiegħu f’konformità mal-Artikolu 3, il-punt (6).

5. 

L-indirizz tal-post li minnu jibda l-vjeġġ, l-isem tal-persuna responsabbli għal dan il-post u, jekk differenti mill-persuni msemmija fil-punti 2 sa 4, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email u l-persuna ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli għal dan il-post.

6. 

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-faċilità tar-rimi jew tal-irkupru, u l-persuna li tista’ tiġi kuntattjata f’ismu, it-teknoloġija użata u l-istatus eventwali skont il-kunsens mogħti minn qabel f’konformità mal-Artikolu 14.

Jekk l-iskart ikun iddestinat għal operazzjoni ta’ rkupru interim jew ta’ rimi interim, għandha tiġi indikata informazzjoni korrispondenti dwar il-faċilitajiet kollha fejn ikunu previsti operazzjonijiet sussegwenti ta’ rkupru interim jew mhux interim jew ta’ rimi interim jew mhux interim.

Evidenza tal-permess tal-faċilità f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/98/KE, jew jekk il-faċilità ta’ rimi jew irkupru tkun elenkata fl-Anness I, Kategorija 5, tad-Direttiva 2010/75/UE, għandha tiġi pprovduta evidenza (eż. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu) ta’ permess validu maħruġ f’konformità mal-Artikoli 4 u 5 ta’ dik id-Direttiva.

7. 

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-persuna ta’ kuntatt tad-destinatarju.

8. 

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-persuna ta’ kuntatt tat-trasportatur(i) previst(i) u/jew tal-aġenti tagħhom.

9. 

Il-pajjiż tad-dispaċċ u l-awtorità kompetenti rilevanti.

10. 

Il-pajjiżi tat-tranżitu u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

11. 

Il-pajjiż tad-destinazzjoni u l-awtorità kompetenti rilevanti.

12. 

Notifika unika jew notifika ġenerali. Jekk notifika ġenerali, il-perjodu ta’ validità mitlub.

13. 

Data/dati prevista/previsti għall-bidu tal-vjeġġ(i).

14. 

Mezzi tat-trasport previsti.

15. 

Rotot magħżula previsti u rotta prevista, meta possibbli inklużi l-alternattivi possibbli.

16. 

Evidenza tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur(i) fir-rigward tat-trasport tal-iskart (eż. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha).

17. 

Indikazzjoni tat-tip tal-iskart fil-lista pertinenti, is-sors(i), deskrizzjoni, kompożizzjoni u kwalunkwe karatteristika perikoluża. Fil-każ ta’ skart minn diversi sorsi, inventarju dettaljat tal-iskart ukoll.

18. 

Kwantitajiet massimi u minimi stmati.

19. 

Tip ta’ imballaġġ previst.

20. 

Speċifikazzjoni tal-operazzjoni(jiet) ta’ rkupru jew ta’ rimi kif imsemmija fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2008/98/KE.

21. 

Jekk l-iskart ikun iddestinat għall-irkupru:

(a) 

il-metodu ppjanat għar-rimi tal-frazzjoni li mhijiex rekuperabbli wara l-irkupru;

(b) 

il-kwantità ta’ materjal irkuprat fir-rigward ta’ skart li ma jistax jiġi rkuprat;

(c) 

il-valur stmat tal-materjal irkuprat;

(d) 

il-kost tal-irkupru u l-kost tar-rimi tal-frazzjoni li mhijiex rekuperabbli.

22. 

Jekk l-iskart ikun destinat għar-rimi, evidenza li turi li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11(1)(a) huma ssodisfati.

23. 

Kopja tal-kuntratt u dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu bejn in-notifikatur, id-destinatarju u l-operatur tal-faċilità fejn l-iskart jiġi rkuprat jew mormi, li ġie konkluż u li jkun effettiv fiż-żmien tan-notifika, kif meħtieġ fl-Artikolu 5(6) u fl-Artikolu 6.

24. 

Kopja tal-kuntratt u dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu bejn il-produttur tal-iskart, il-produttur il-ġdid tal-iskart jew il-kollettur u s-sensar jew in-negozjant, fil-każ li s-sensar jew in-negozjant jaġixxi bħala notifikatur.

25. 

Evidenza ta’ garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti (jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha jekk l-awtorità kompetenti tippermetti hekk) li ġiet stabbilita u li tkun effettiva fiż-żmien tan-notifika jew, jekk ikun permess mill-awtorità kompetenti li tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti, mhux aktar tard minn meta jimtela d-dokument ta’ moviment skont l-Artikolu 16(2), kif meħtieġ fl-Artikolu 5(7) u fl-Artikolu 7.

26. 

Dikjarazzjoni tan-notifikatur li n-notifikatur ma ġiex ikkundannat li wettaq vjeġġ illegali jew għal kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-protezzjoni ambjentali jew tas-saħħa tal-bniedem, u ma naqasx ripetutament milli jikkonforma mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi li saru, fil-5 snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika.

27. 

Ċertifikazzjoni min-notifikatur li, sa fejn jaf huwa, l-informazzjoni hija kompleta u korretta.

Parti 2: Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fid-dokument ta’ moviment jew li għandha tiġi annessa miegħu:

Ipprovdi l-informazzjoni kollha mniżżla fil-Parti 1, aġġornata f’konformità mal-punti mniżżla hawn taħt, u l-informazzjoni addizzjonali l-oħra speċifikata:

1. 

Numru tas-serje u n-numru totali ta’ vjeġġi.

2. 

Data meta beda l-vjeġġ.

3. 

Mezzi tat-trasport.

4. 

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-email tat-trasportatur(i).

5. 

Rotot magħżula u rotta, meta jkun possibbli inklużi alternattivi possibbli, kif indikat fid-dokument ta’ notifika, f’każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti.

6. 

Kwantitajiet.

7. 

Tip ta’ imballaġġ.

8. 

Numru ta’ identifikazzjoni tal-kontejner, jekk applikabbli.

9. 

Kwalunkwe prekawzjoni speċjali li għandha tittieħed mit-trasportatur(i).

10. 

Dikjarazzjoni ffirmata min-notifikatur li ġew riċevuti l-kunsensi kollha meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati.

11. 

Il-firem li jkun hemm bżonn għal kull trasferiment tal-kustodja.

Parti 3: Informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali li jistgħu jintalbu mill-awtoritajiet kompetenti:

1. 

It-tip u t-tul ta’ żmien tal-awtorizzazzjoni li skontha taħdem il-faċilità ta’ rkupru jew ta’ rimi.

2. 

Kopja tal-permess maħruġ f’konformità mal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2010/75/UE.

3. 

L-informazzjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata s-sikurezza fit-trasport.

4. 

Id-distanza(i) fit-trasport bejn il-post fejn jibda l-vjeġġ u l-faċilità, inklużi rotot alternattivi.

5. 

Fil-każ ta’ trasport intermodali, il-post(ijiet) fejn se jsir it-trasferiment.

6. 

Informazzjoni dwar l-ispejjeż tat-trasport tal-iskart bejn in-notifikatur u l-faċilità.

7. 

Kopja tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur(i) fir-rigward tat-trasport tal-iskart.

8. 

Analiżi kimika tal-kompożizzjoni tal-iskart.

9. 

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ produzzjoni tal-iskart.

10. 

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ trattament tal-faċilità, li tirċievi l-iskart.

11. 

Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti jew kopja jew prova tagħha.

12. 

Informazzjoni dwar il-kalkolu tal-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti kif meħtieġ fl-Artikolu 5(8) u fl-Artikolu 7.

13. 

Kopja jew evidenza tal-polza tal-assigurazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà għal danni lil partijiet terzi.

14. 

Dokumentazzjoni li tiċċertifika li n-notifikatur ma ġiex ikkundannat li wettaq vjeġġ illegali jew għal kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-protezzjoni ambjentali jew is-saħħa tal-bniedem, u ma naqasx ripetutament milli jikkonforma mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi li saru qabel, fil-5 snin qabel is-sorromissjoni tan-notifika.

15. 

Kwalunkwe informazzjoni oħra li hija rilevanti għall-valutazzjoni tan-notifika f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni nazzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.