+KAPITOLU II Aktar elementi ta’ sistemi, protokolli u għodod biex jiġi mminimizzat l-impatt tar-riskju tal-ICT
---+Artikolu 33 Kontroll tal-Aċċess
---+Artikolu 34 Sigurtà tal-operazzjonijiet tal-ICT
---+Artikolu 35 Sigurtà tad-data, tas-sistema u tan-network
---+Artikolu 36 Ittestjar tas-sigurtà tal-ICT
------+Artikolu 36 1.
------+Artikolu 36 2.
------+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 37 Akkwiżizzjoni, żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi tal-ICT
---+Artikolu 38 Ġestjoni tal-proġetti tal-ICT u tat-tibdil tagħhom
------+Artikolu 38 1.
------+Artikolu 38 2.
|
KAPITOLU II Aktar elementi ta’ sistemi, protokolli u għodod biex jiġi mminimizzat l-impatt tar-riskju tal-ICT
KAPITOLU II Aktar elementi ta’ sistemi, protokolli u għodod biex jiġi mminimizzat l-impatt tar-riskju tal-ICT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 Kontroll tal-Aċċess
|
Artikolu 33
L-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw proċeduri għall-kontroll loġiku u fiżiku tal-aċċess għandhom jinfurzaw, jimmonitorjaw u jirrieżaminaw perjodikament dawk il-proċeduri. Dawk il-proċeduri għandu jkun fihom l-elementi ta’ kontroll loġiku u fiżiku tal-aċċess li ġejjin:
(a)
id-drittijiet ta’ aċċess għal assi tal-informazzjoni, għal assi tal-ICT u għall-funzjonijiet appoġġati tagħhom, u għal postijiet kritiċi ta’ operazzjoni tal-entità finanzjarja, huma ġestiti fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif, ħtieġa ta’ użu u tal-anqas privileġġi, inkluż għal aċċess mill-bogħod u ta’ emerġenza;
(b)
l-akkontabilità tal-utent, li tiżgura li l-utenti jkunu jistgħu jiġu identifikati għall-azzjonijiet imwettqa fis-sistemi tal-ICT;
(c)
proċeduri ta’ ġestjoni tal-kontijiet għall-għoti, it-tibdil jew ir-revoka tad-drittijiet ta’ aċċess għall-kontijiet tal-utenti u l-kontijiet ġeneriċi, inklużi l-kontijiet ta’ amministraturi ġeneriċi;
(d)
metodi ta’ awtentikazzjoni li huma proporzjonati għall-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) u għall-profil tar-riskju ġenerali tal-assi tal-ICT, u li huma bbażati fuq prattiki ewlenin;
(e)
id-drittijiet ta’ aċċess jiġu rrieżaminati perjodikament u jiġu rtirati meta ma jibqgħux meħtieġa.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-entità finanzjarja għandha tassenja aċċess privileġġat, ta’ emerġenza u ta’ amministratur fuq bażi tal-ħtieġa tal-użu jew fuq bażi ad hoc għas-sistemi kollha tal-ICT, u għandha tiġi rreġistrata f’konformità mal-Artikolu 34, l-ewwel paragrafu, il-punt (f).
Għall-finijiet tal-punt (d), l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw metodi ta’ awtentikazzjoni b’saħħithom li huma bbażati fuq prattiki ewlenin għall-aċċess mill-bogħod għan-network tal-entitajiet finanzjarji, għall-aċċess privileġġat, u għall-aċċess għall-assi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti li huma disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 34 Sigurtà tal-operazzjonijiet tal-ICT
|
Artikolu 34
Sigurtà tal-operazzjonijiet tal-ICT
L-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom, bħala parti mis-sistemi, mill-protokolli u mill-għodod tagħhom, u għall-assi kollha tal-ICT:
(a)
jimmonitorjaw u jimmaniġġaw iċ-ċiklu tal-ħajja tal-assi kollha tal-ICT;
(b)
jimmonitorjaw jekk l-assi tal-ICT humiex appoġġati minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT ta’ entitajiet finanzjarji, meta applikabbli;
(c)
jidentifikaw ir-rekwiżiti tal-kapaċità tal-assi u l-miżuri tal-ICT tagħhom biex iżommu u jtejbu d-disponibbiltà u l-effiċjenza tas-sistemi tal-ICT u jipprevjenu n-nuqqas ta’ kapaċitajiet tal-ICT qabel ma jimmaterjalizzaw;
(d)
iwettqu skennjar u valutazzjonijiet awtomatizzati għall-vulnerabbiltajiet fuq l-assi tal-ICT proporzjonati għall-klassifikazzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 30(1) u għall-profil tar-riskju ġenerali tal-assi tal-ICT, u jużaw is-software korrettiv biex jirrimedjaw il-vulnerabbiltajiet identifikati;
(e)
jimmaniġġaw ir-riskji relatati ma’ assi tal-ICT skaduti, mhux appoġġati jew miruta;
(f)
jirreġistraw avvenimenti relatati mal-kontroll loġiku u fiżiku tal-aċċess, mal-operazzjonijiet tal-ICT, inklużi l-attivitajiet tat-traffiku tas-sistema u tan-network, u l-ġestjoni tat-tibdil fl-ICT;
(g)
jidentifikaw u jimplimentaw miżuri għall-monitoraġġ u l-analiżi ta’ informazzjoni dwar attivitajiet u mġiba anomali għal operazzjonijiet kritiċi jew importanti tal-ICT;
(h)
jimplimentaw miżuri għall-monitoraġġ ta’ informazzjoni rilevanti u aġġornata dwar it-theddid ċibernetiku;
(i)
jimplimentaw miżuri biex jidentifikaw tixrid possibbli ta’ informazzjoni, kodiċi malizzjuż u theddid ieħor għas-sigurtà, u vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament fis-software u fil-hardware, u jivverifikaw aġġornamenti korrispondenti ġodda dwar is-sigurtà.
Għall-finijiet tal-punt (f), l-entitajiet finanzjarji għandhom jallinjaw il-livell ta’ dettall tar-reġistri mal-iskop u l-użu tagħhom tal-assi tal-ICT li jipproduċi dawk ir-reġistri.
|
|
Artikolu 35 Sigurtà tad-data, tas-sistema u tan-network
|
Artikolu 35
Sigurtà tad-data, tas-sistema u tan-network
L-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom, bħala parti mis-sistemi, il-protokolli u l-għodod tagħhom, jiżviluppaw u jimplimentaw salvagwardji li jiżguraw is-sigurtà tan-networks kontra l-intrużjonijiet u l-użu ħażin tad-data u li jippreżervaw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data. B’mod partikolari, l-entitajiet finanzjarji għandhom, filwaqt li jqisu l-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) ta’ dan ir-Regolament, jistabbilixxu dan kollu li ġej:
(a)
l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-protezzjoni tad-data waqt l-użu, fi tranżitu u waqt li tkun wieqfa;
(b)
l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà rigward l-użu ta’ software, mezzi għall-ħżin tad-data, sistemi u apparati ta’ punt tat-tmiem li jittrasferixxu u jaħżnu d-data tal-entità finanzjarja;
(c)
l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġu pprevenuti u individwati konnessjonijiet mhux awtorizzati man-network tal-entità finanzjarja, u biex jiġi żgurat it-traffiku tan-network bejn in-networks interni tal-entità finanzjarja u l-Internet u konnessjonijiet esterni oħrajn;
(d)
l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jiżguraw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data matul it-trażmissjonijiet tan-network;
(e)
proċess biex titħassar b’mod sigur id-data fil-bini, jew li tinħażen esternament, li l-entità finanzjarja ma għadhiex teħtieġ tiġbor jew taħżen;
(f)
proċess biex l-apparati għall-ħżin tad-data fil-bini jew l-apparati għall-ħżin tad-data li jinħażnu esternament li jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali jintremew b’mod sigur, jew jiġu ddekumissjonati;
(g)
l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġi żgurat li t-telexogħol u l-użu ta’ apparati ta’ punt tat-tmiem privat ma jkollhomx impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-entità finanzjarja li twettaq l-attivitajiet kritiċi tagħha b’mod adegwat, f’waqtu u sigur.
|
|
Artikolu 36 Ittestjar tas-sigurtà tal-ICT
|
-
|
|
Artikolu 37 Akkwiżizzjoni, żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi tal-ICT
|
Artikolu 37
Akkwiżizzjoni, żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi tal-ICT
L-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jiddisinjaw u jimplimentaw, meta jkun xieraq, proċedura li tirregola l-akkwiżizzjoni, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-ICT wara approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Dik il-proċedura għandha:
(a)
tiżgura li, qabel ma sseħħ kwalunkwe akkwiżizzjoni jew żvilupp tas-sistemi tal-ICT, ir-rekwiżiti funzjonali u mhux funzjonali, inklużi r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-informazzjoni, ikunu speċifikati u approvati b’mod ċar mill-funzjoni tan-negozju kkonċernata;
(b)
tiżgura l-ittestjar u l-approvazzjoni tas-sistemi tal-ICT qabel l-ewwel użu tagħhom u qabel ma jiġu introdotti t-tibdiliet fl-ambjent ta’ produzzjoni;
(c)
tidentifika miżuri biex jiġi mmitigat ir-riskju ta’ tibdil mhux intenzjonat jew ta’ manipulazzjoni intenzjonata tas-sistemi tal-ICT matul l-iżvilupp u l-implimentazzjoni fl-ambjent ta’ produzzjoni.
|
|
Artikolu 38 Ġestjoni tal-proġetti tal-ICT u tat-tibdil tagħhom
|
-
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 25.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1774
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|