+Artikolu 39 2.

Artikolu 39 2.

Il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a) 

ikunu approvati mill-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja;

(b) 

ikunu ddokumentati u faċilment aċċessibbli fil-każ ta’ emerġenza jew kriżi;

(c) 

jallokaw riżorsi suffiċjenti għall-eżekuzzjoni tagħhom;

(d) 

jistabbilixxu livelli ta’ rkupru ppjanati u perjodi ta’ żmien għall-irkupru u t-tkomplija tal-funzjonijiet u d-dipendenzi interni u esterni ewlenin, inklużi fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT;

(e) 

jidentifikaw il-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-attivazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u x’azzjonijiet għandhom jittieħdu biex jiġu żgurati d-disponibbiltà, il-kontinwità u l-irkupru tal-assi tal-ICT tal-entitajiet finanzjarji li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;

(f) 

jidentifikaw il-miżuri ta’ restawr u ta’ rkupru għal funzjonijiet kummerċjali kritiċi jew importanti, proċessi ta’ appoġġ, assi ta’ informazzjoni u l-interdipendenzi tagħhom biex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-entitajiet finanzjarji;

(g) 

jidentifikaw proċeduri u miżuri dwar il-backup li jispeċifikaw l-ambitu tad-data li tkun soġġetta għall-backup, u l-frekwenza minima tal-backup, abbażi tal-kritikalità tal-informazzjoni jew tas-sensittività tad-data;

(h) 

iqisu għażliet alternattivi fejn l-irkupru jista’ ma jkunx fattibbli fuq perjodu ta’ żmien qasir minħabba kostijiet, riskji, loġistika jew ċirkostanzi mhux previsti;

(i) 

jispeċifikaw l-arranġamenti ta’ komunikazzjoni interni u esterni, inklużi l-pjanijiet ta’ eskalazzjoni;

(j) 

ikunu aġġornati f’konformità mat-tagħlimiet meħuda minn inċidenti, testijiet, riskji ġodda u theddid identifikat, objettivi ta’ rkupru mibdula, tibdiliet kbar fl-organizzazzjoni tal-entità finanzjarja u fl-assi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew kummerċjali.

Għall-finijiet tal-punt (f), il-miżuri msemmija f’dak il-punt għandhom jipprevedu l-mitigazzjoni tan-nuqqasijiet ta’ fornituri terzi kritiċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 25.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1774
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.