+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(10), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Il-qafas dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju stabbilit bir-Regolament (UE) 2022/2554 jirrikjedi li l-entitajiet finanzjarji jistabbilixxu ċerti prinċipji ewlenin għall-ġestjoni tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi, li huma ta’ importanza partikolari meta l-entitajiet finanzjarji jinvolvu ruħhom ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT biex jappoġġaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tagħhom.

(2)

L-entitajiet finanzjarji, bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom, għandhom jadottaw, u jirrieżaminaw regolarment, strateġija dwar ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi. F’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, dik l-istrateġija għandha tinkludi politika dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. Din għandha tapplika fuq bażi individwali u, fejn rilevanti, fuq bażi subkonsolidata u konsolidata.

(3)

L-entitajiet finanzjarji jvarjaw ħafna fid-daqs, fl-istruttura u fl-organizzazzjoni interna u fin-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom. Jeħtieġ li meta tkun qed tiġi żviluppata l-politika dwar l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti minn fornituri terzi tal-ICT, titqies dik id-diversità filwaqt li jiġu imposti ċerti rekwiżiti regolatorji fundamentali li huma xierqa għall-entitajiet finanzjarji kollha (“il-politika”), u li jiġi żgurat li dawk ir-rekwiżiti jiġu applikati b’mod li jkun proporzjonat.

(4)

Meta l-entitajiet finanzjarji jappartjenu għal grupp, l-impriża omm li tkun responsabbli biex tipprovdi r-rapporti finanzjarji konsolidati jew subkonsolidati għall-grupp, jenħtieġ għalhekk li tiżgura li l-politika tiġi applikata b’mod konsistenti u koerenti fil-grupp.

(5)

Meta tiġi applikata l-politika, il-fornituri intragrupp ta’ servizzi tal-ICT, inklużi dawk li huma kompletament jew kollettivament proprjetà ta’ entitajiet finanzjarji fl-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, jenħtieġ li jitqiesu bħala fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. Ir-riskji ppreżentati mill-fornituri intragrupp ta’ servizzi tal-ICT jistgħu jkunu differenti iżda r-rekwiżiti applikabbli għalihom huma l-istess skont ir-Regolament (UE) 2022/2554. B’mod simili, jenħtieġ li l-politika tapplika għas-sottokuntratturi li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali minnhom lil fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, meta teżisti katina ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.

(6)

Ir-responsabbiltà aħħarija tal-korp maniġerjali fil-ġestjoni tar-riskju tal-ICT ta’ entità finanzjarja hija prinċipju ġenerali li huwa applikabbli wkoll fir-rigward tal-użu ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. Jenħtieġ li din ir-responsabbiltà tissarraf ulterjorment fl-involviment kontinwu tal-korp maniġerjali fil-kontroll u l-monitoraġġ tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, inkluż fl-adozzjoni u r-rieżami, tal-anqas darba fis-sena, tal-politika.

(7)

Sabiex jiġi żgurat rappurtar xieraq lill-korp maniġerjali, jenħtieġ li l-politika tispeċifika u tidentifika b’mod ċar ir-responsabbiltajiet interni għall-approvazzjoni, il-ġestjoni, il-kontroll u d-dokumentazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT (“arranġamenti kuntrattwali”), inkluż is-servizzi tal-ICT ipprovduti skont l-arranġamenti kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 28(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554.

(8)

Sabiex jitqiesu r-riskji kollha possibbli li jistgħu jirriżultaw meta jiġu kkuntrattati servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjoni kritika jew importanti, jenħtieġ li l-istruttura tal-politika ssegwi l-passi kollha ta’ kull fażi ewlenija taċ-ċiklu tal-ħajja għal arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi.

(9)

Sabiex jittaffew ir-riskji identifikati, jenħtieġ li l-politika tispeċifika l-ippjanar tal-arranġamenti kuntrattwali, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju, id-diliġenza dovuta, u l-proċess ta’ approvazzjoni għal bidliet ġodda jew materjali ta’ dawk l-arranġamenti kuntrattwali. Sabiex jiġu ġestiti r-riskji li jistgħu jirriżultaw qabel id-dħul f’arranġament kuntrattwali ma’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jenħtieġ li l-politika tispeċifika proċess xieraq u proporzjonat biex tintgħażel u tiġi vvalutata l-adegwatezza ta’ fornituri terzi prospettivi ta’ servizzi tal-ICT u tirrikjedi li l-entità finanzjarja tqis lista mhux eżawrjenti ta’ elementi li l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ. Jenħtieġ li l-lista tinkludi elementi relatati mar-reputazzjoni kummerċjali tal-fornituri tas-servizzi, ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi tagħhom, is-sigurtà tal-informazzjoni tagħhom, l-istruttura organizzazzjonali tagħhom, inkluża l-ġestjoni tar-riskju, u l-kontrolli interni tagħhom.

(10)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni tajba tar-riskju fil-forniment ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, jenħtieġ li l-politika tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-arranġamenti kuntrattwali, inkluż fil-livell konsolidat u subkonsolidat, fejn applikabbli. Dan jinkludi rekwiżiti għall-klawżoli kuntrattwali dwar l-obbligi reċiproċi tal-entitajiet finanzjarji u tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, li jenħtieġ li jiġu stabbiliti bil-miktub. Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u titrawwem ir-reżiljenza f’każ ta’ bidliet fil-mudell tan-negozju jew fl-ambjent tan-negozju, jenħtieġ li l-politika tiżgura d-drittijiet tal-entitajiet finanzjarji jew tal-partijiet terzi maħtura u tal-awtoritajiet kompetenti għall-ispezzjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni u jenħtieġ ukoll li tispeċifika aktar l-istrateġiji ta’ ħruġ u l-proċessi ta’ terminazzjoni.

(11)

Sa fejn id-data personali tiġi pproċessata minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, din il-politika u kwalunkwe arranġament kuntrattwali huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u jenħtieġ li jikkomplementawhom, bħal pereżempju li jkun hemm kuntratt bil-miktub fis-seħħ li jiddeskrivi l-ipproċessar tad-data personali, ir-rekwiżit li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ipproċessar tad-data personali u l-istabbiliment tal-elementi l-oħra kollha meħtieġa skont dak ir-Regolament.

(12)

Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) wettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali tal-istandards proposti u talab il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,

(13)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta l-opinjoni tiegħu fl-24 ta’ Jannar 2024,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 25.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1773
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.