+Artikolu 6 Diliġenza dovuta
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4

Artikolu 6 Diliġenza dovuta

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Il-politika għandha tistabbilixxi proċess xieraq u proporzjonat għall-għażla u l-valutazzjoni tal-fornituri terzi prospettivi ta’ servizzi tal-ICT filwaqt li tqis jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT huwiex fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT jew le, u għandha teżiġi li qabel ma l-entità finanzjarja tidħol f’arranġament kuntrattwali, din tivvaluta jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT:

(a)

għandux ir-reputazzjoni tan-negozju, ħiliet suffiċjenti, kwalifiki u riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati, standards ta’ sigurtà tal-informazzjoni, struttura organizzazzjonali xierqa, ġestjoni tar-riskju u kontrolli interni u, jekk applikabbli, l-awtorizzazzjonijiet jew ir-reġistrazzjonijiet meħtieġa biex jipprovdi s-servizzi tal-ICT li jappoġġaw il-funzjoni kritika jew importanti b’mod affidabbli u professjonali;

(b)

għandux il-kapaċità li jimmonitorja l-iżviluppi teknoloġiċi rilevanti u jidentifika prattiki ewlenin tas-sigurtà tal-ICT u jimplimentahom fejn xieraq biex ikun hemm qafas ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali effettiv u sod;

(c)

jużax jew hux biħsiebu juża sottokuntratturi tal-ICT biex iwettaq is-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali minnhom;

(d)

jinsabx, jew jipproċessax jew jaħżinx id-data f’pajjiż terz u, jekk dan ikun il-każ, jekk din il-prattika taffettwax il-livell ta’ riskji operazzjonali jew ir-riskji għar-reputazzjoni jew ir-riskju li jiġi affettwat minn miżuri restrittivi, inklużi embargos u sanzjonijiet, li jista’ jkollhom impatt fuq il-kapaċità tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi s-servizzi tal-ICT jew il-kapaċità tal-entità finanzjarja li tirċievi dawk is-servizzi tal-ICT;

(e)

jagħtix l-approvazzjoni tiegħu għal arranġamenti kuntrattwali li jiżguraw li jkun effettivament possibbli li jitwettqu awditi għand il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, inkluż fuq il-post, mill-entità finanzjarja nnifisha, mill-partijiet terzi maħtura, u mill-awtoritajiet kompetenti;

(f)

jaġixxix b’mod etiku u soċjalment responsabbli, jirrispettax id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tat-tfal, inkluż il-projbizzjoni tat-tħaddim tat-tfal, jirrispettax il-prinċipji applikabbli dwar il-protezzjoni ambjentali, u jiżgurax kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa.

Artikolu 6 2

2.   Il-politika għandha tispeċifika l-livell meħtieġ ta’ assigurazzjoni dwar l-effettività tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT għas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti li għandhom jiġu pprovduti minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT. Il-politika għandha teżiġi li l-proċess ta’ diliġenza dovuta jkun jinkludi valutazzjoni tal-eżistenza ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kif jiġi żgurat il-funzjonament tagħhom fi ħdan il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.

Artikolu 6 3

3.   Il-politika għandha tiddetermina l-proċess ta’ diliġenza dovuta għall-għażla u l-valutazzjoni tal-fornituri terzi prospettivi ta’ servizzi tal-ICT u għandha tindika liema mill-elementi li ġejjin għandhom jintużaw għal-livell meħtieġ ta’ assigurazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT:

(a)

awditi jew valutazzjonijiet indipendenti mwettqa mill-entità finanzjarja nnifisha jew f’isimha;

(b)

l-użu ta’ rapporti tal-awditjar indipendenti magħmula fuq talba mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;

(c)

l-użu ta’ rapporti tal-awditjar magħmula mill-kapaċità tal-awditjar intern tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;

(d)

l-użu ta’ ċertifikazzjonijiet xierqa ta’ partijiet terzi;

(e)

l-użu ta’ informazzjoni rilevanti oħra disponibbli għall-entità finanzjarja jew informazzjoni oħra pprovduta mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.

Artikolu 6 4

4.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw livell xieraq ta’ assigurazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, filwaqt li jqisu l-elementi elenkati fil-paragrafu 3, il-punti (a) sa (e). Fejn xieraq, għandu jintuża aktar minn element wieħed elenkat f’dawk il-punti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 25.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1773
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.