+Artikolu 8 3
|
Artikolu 8 3
3. L-entità finanzjarja ma għandhiex maż-żmien tiddependi biss fuq iċ-ċertifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c), jew fuq ir-rapporti tal-awditjar imsemmija fil-punt (d) ta’ dak il-paragrafu. Il-politika għandha tippermetti biss l-użu tal-metodi msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c) u (d), meta l-entità finanzjarja:
|
(a)
|
tkun sodisfatta bil-pjan tal-awditjar tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għall-arranġamenti kuntrattwali rilevanti;
|
|
(b)
|
tiżgura li l-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikazzjonijiet jew tar-rapporti tal-awditjar ikopri s-sistemi u l-kontrolli ewlenin identifikati minnu u jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti;
|
|
(c)
|
tivvaluta bir-reqqa l-kontenut taċ-ċertifikazzjonijiet jew tar-rapporti tal-awditjar fuq bażi kontinwa u tivverifika li r-rapporti jew iċ-ċertifikazzjonijiet ma jkunux obsoleti;
|
|
(d)
|
tiżgura li s-sistemi u l-kontrolli ewlenin ikunu koperti f’verżjonijiet futuri tar-rapport taċ-ċertifikazzjoni jew tal-awditjar;
|
|
(e)
|
tkun sodisfatta bil-kapaċità tal-parti li tiċċertifika jew tal-awditjar;
|
|
(f)
|
tkun sodisfatta li ċ-ċertifikazzjonijiet jinħarġu, u li l-awditi jitwettqu skont standards professjonali rilevanti rikonoxxuti b’mod wiesa’ u jinkludu test tal-effettività operazzjonali tal-kontrolli ewlenin fis-seħħ;
|
|
(g)
|
għandha d-dritt kuntrattwali li titlob, bi frekwenza li tkun raġonevoli u leġittima minn perspettiva ta’ ġestjoni tar-riskju, modifiki tal-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikazzjonijiet jew tar-rapporti tal-awditjar għal sistemi u kontrolli rilevanti oħra;
|
|
(h)
|
għandha d-dritt kuntrattwali li twettaq awditi individwali u raggruppati fid-diskrezzjoni tagħha fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali u teżegwixxi dawk id-drittijiet f’konformità mal-frekwenza miftiehma.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 25.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1773
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|