+Artikolu 9 2

Artikolu 9 2

2.   Il-politika għandha tispeċifika kif l-entità finanzjarja għandha tivvaluta jekk il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT użati għas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jissodisfawx standards xierqa ta’ prestazzjoni u kwalità f’konformità mal-arranġament kuntrattwali u mal-politiki tal-entità finanzjarja stess. Il-politika għandha, b’mod partikolari, tiżgura dan li ġej:

(a)

li l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jipprovdu rapporti xierqa dwar l-attivitajiet u s-servizzi tagħhom lill-entità finanzjarja, inklużi rapporti perjodiċi, rapporti ta’ inċidenti, rapporti dwar l-għoti ta’ servizzi, rapporti dwar is-sigurtà tal-ICT u rapporti dwar il-miżuri u l-ittestjar tal-kontinwità tal-operat;

(b)

li l-prestazzjoni tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT tiġi vvalutata b’indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, indikaturi ewlenin tal-kontroll, awditi, awtoċertifikazzjonijiet u rieżamijiet indipendenti f’konformità mal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT tal-entità finanzjarja;

(c)

li l-entità finanzjarja tirċievi informazzjoni rilevanti oħra mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT;

(d)

li l-entità finanzjarja tiġi nnotifikata, fejn xieraq, dwar inċidenti relatati mal-ICT u inċidenti operazzjonali jew tas-sigurtà relatati ma’ pagamenti;

(e)

li jitwettqu rieżami u awditi indipendenti li jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti u l-politiki legali u regolatorji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 25.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1773
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.