+Artikolu 20 1
|
Artikolu 20 1
1. Għall-fini tat-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw il-miżuri kollha li ġejjin:
|
(a)
|
jidentifikaw il-klijent u jivverifikaw l-identità tal-klijent;
|
|
(b)
|
jidentifikaw lis-sidien benefiċjarji u jieħdu miżuri raġonevoli biex jivverifikaw l-identità tagħhom sabiex l-entità marbuta b’obbligu tkun sodisfatta li tkun taf min huwa s-sid benefiċjarju u li tifhem l-istruttura ta’ sjieda u ta’ kontroll tal-klijent;
|
|
(c)
|
jivvalutaw u, kif xieraq, jiksbu informazzjoni fuq u jifhmu l-iskop u n-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju jew tat-tranżazzjonijiet okkażjonali;
|
|
(d)
|
jivverifikaw jekk il-klijent jew is-sid(ien) benefiċjarju/i humiex soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati, u, fil-każ ta’ klijent jew parti għal arranġament ġuridiku li huwa entità ġuridika, kemm jekk persuni fiżiċi jew ġuridiċi soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati jikkontrollaw l-entità ġuridika jew għandhomx aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji ta’ dik l-entità ġuridika jew interess maġġoritarju fiha, kemm individwalment kif ukoll kollettivament;
|
|
(e)
|
jivvalutaw u, kif xieraq, jiksbu informazzjoni dwar in-natura tan-negozju tal-klijenti, inkluż, fil-każ ta’ impriżi, jekk iwettqux attivitajiet, jew dwar l-impjieg jew ix-xogħol tagħhom;
|
|
(f)
|
iwettqu monitoraġġ kontinwu tar-relazzjoni tan-negozju inkluż skrutinju tat-tranżazzjonijiet matul il-kors tar-relazzjoni tan-negozju sabiex ikun żgurat li t-tranżazzjonijiet li jkunu qegħdin jitwettqu jkunu konsistenti mal-għarfien tal-entità marbuta b’obbligu tal-klijent, mal-profil tan-negozju u tar-riskju, inkluż fejn ikun neċessarju mas-sors tal-fondi;
|
|
(g)
|
jiddeterminaw jekk il-klijent, is-sid benefiċjarju tal-klijent u, fejn rilevanti, il-persuna/i li f’isimha/isimhom jew għall-benefiċċju tagħha/tagħhom qed titwettaq tranżazzjoni jew attività hijiex persuna esposta politikament, membru tal-familja jew persuna magħrufa li hija assoċjata mill-qrib.
|
|
(h)
|
meta tranżazzjoni jew attività tkun qed titwettaq f’isem jew għall-benefiċċju ta’ persuni fiżiċi għajr il-klijent, jidentifikaw u jivverifikaw l-identità ta’ dik il-persuna fiżika jew dawk il-persuni fiżiċi;
|
|
(i)
|
jivverifikaw li kwalunkwe persuna li jkollha l-intenzjoni li taġixxi f’isem il-klijent tkun awtorizzata tagħmel dan u jidentifikaw u jivverifikaw l-identità tagħha.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|